IS-SĦUBIJA TAL-IŻLANDA T-TEMA PRINĊIPALI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AFFARIJIET BARRANIN
pr1291
27/07/2009
| Il-fatt li l-lista | tal-pajjiżi ta` dawk li wrew interess fis-sħubija tal-Unjoni Ewropea hija waħda twila, hija turija ċara tar-relevanza li qed tokkupa l-istess Unjoni. Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg waqt li kien qed jitkellem fil-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea li jitlaqqa` kull xahar. |
| Malta, flimkien mas-27 Stat | Membru tal-Unjoni Ewropea, esprimiet l-appoġġ tagħha għall-kandidatura tal-Iżlanda. Il-Ministru Borg sostna li fid-dawl tad-diffikultajiet li għaddiet minnhom l-Iżlanda minħabba l-isfidi tal-krizi internazzjonali finanzjarja, l-adozzjoni tal-munita Ewro għandha toffri ħajt ta` kenn għall-ekonomija Iżlandiza. |
| Il-konkluzjonijiet, hekk kif | maqbula, jikkonfermaw wkoll l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-perspettiva Ewropea għall-pajjizi tal-Balkani, filwaqt li l-applikazzjoni għas-sħubija tal-Albanija titkompla wara li l-proċedura elettorali Albaniża tiġi fit-tmiem tagħha. |
| Temi oħra diskussi matul is-sessjoni ttrattaw | il-prioritajiet tal-presidenza Svediża, strateġija għar-reġjun Baltiku u l-isforzi ghaż-żamma tal-paċi fil-Georgja. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986