Left arrow Mur Lura

LIFE+ - PROGRAMM TA’ FONDI EWROPEJ LI JWASSAL GĦAL LOKALITAJIET SOSTENIBBLI

pr1290
Date Icon 27/07/2009
L-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, indirizza seminar intiż għall-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi (NGOs) dwar il-Programm Ewropew LIFE+. Is-seminar ġie organizzat mill-MEUSAC flimkien  man-National Contact Point tal-LIFE+.
Il-programm LIFE+huwa l-istrument finanzjarju tal-Unjoni Ewropea għall-ambjent u għandu allokat budget totali ta’ €2.15 biljun bejn il-perjodu 2007 u 2013. LIFE+ jipprovdi opportunità ta’ finanzjament għall-inzjattivi fil-qasam ta’ żvilupp sostenibbli f’diversi oqsma, bħall-konservazzjoni tal-ambjent naturali u speċi protetti, għajnuna biex jiġi mwaqqaf it-telf tal-biodiversità, u jgħin fl-implimentazzjoni tal-politika u legislazzjoni ambjentali.
Il-programm huwamibni fuq l-importanza li l-Unjoni Ewoprea tagħti lill-protezzjoni tal-ambjent ta’ madwarna u huwa programm li jikkumplimenta strumenti oħra ta’ finanzjar immirati biex jipproteġu l-ambjent.
“Il-LIFE+ hummirat biex titqajjem kuxjenza ambjentali biex naslu għal bidla pożittiva fl-attitudni tagħna lejn l-ambjent ta’ madwarna. Ir-rwol tal-kunsilli lokali u l-NGOs f’dan l-aspett hu essenzjali”, stqarr Dr Said.
Il-KunsilliLokali u NGO’s huma eleġibbli li jipparteċipaw taħt it-tlett sezzjonijiet tal-programm. Dawn jitrattaw il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u speċi mhedda kif ukoll azzjonijiet biex iwaqqfu mit-telf fil-bijodiversità;  proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ legislazzjoni Ewropea marbutin mal-arja, it-tibdil fil-klima, l-ambjent urban, u r-riżorsi naturali, kif ukoll kampanji ta’ għarfien relatati ma’ xi wieħed mill-oqsma msemmija.  Madanakollu l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti u jistgħu jkunu ħafna aktar effettivi mill-Gvern ċentrali, fejn tidħol il-komunikazzjoni mar-residenti – u għalhekk it-tielet miżura, jiġifieri dik li titratta kampanji ta’ informazzjoni hija dik li tindirizzahom l-iktar, stqarr Chris Said.
“Kampanji ta’gharfien deċentralizzati jistgħu jilħqu ferm aħjar l-għan tagħhom.  Bħala kunsilli lokali tistgħu tapplikaw biex tagħmlu kampanji ta’ tagħrif dwar karatteristiċi partikolari li hemm fil-lokalità taghkom u b’hekk tipprovdu informazzjoni u tgħinu biex jiġu mħarsa dawn is-siti”, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari.
Chris Saidappella lill-kunsilli lokali biex ikomplu jagħmlu użu mis-servizz li qed toffri kontinwament il-MEUSAC -  li apparti tagħti informazzjoni lil kulħadd dwar opportunitajiet ta’ fondi, qed tagħti wkoll għajnuna fl-applikazzjonijiet u f’ko-finanzjament lill-kunsilli lokali u NGO’s.
Dr Said sostna lif’sitt xhur il-Funding Unit tal-MEUSAC assistiet f’97 applikazzjoni minn kunsilli lokali u NGO’s b’valur totali ta’ applikazzjonijiet li jilħaq il-€25,166,870. Grazzi għal din l-għajnuna li qed tipprovdi l-MEUSAC, mhux biss qed nilħqu l-miri ta’ applikazzjonijiet Ewropej mill-kunsilli lokali, imma qed nissorpassawhom, stqarr Chris Said.
Is-SegretarjuParlamentari qal ukoll li x-xahar id-dieħel il-MEUSAC għandha tibda tħaddem fond ta’ ko-finanzjament għall-għaqdiet mhux governattivi għal proġetti Ewropej.
Il-kelliema l-oħra f’dan is-seminar kienuMaria Elena Attard, il-Life+ National Contact Point; Juan Manuel Revuelta, Direttur Ġenerali tal-Fundación Comunidad Valenciana - Región Europea; Vince Attard, President tan-Nature Trust Malta u Maria Schembri, Kap tal-Funding Unit MEUSAC. Is-seminar tmexxa minn Dr Gabriella Pace, Kap tat-Taqsima tal-Informazzjoni tal-MEUSAC.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow