Left arrow Mur Lura

1905 STUDENT TEMMEW B’SUĊĊESS KORSIJIET FL-MCAST

pr1289
Date Icon 27/07/2009
Fi tmiem is-senaakkademika li ntemmet f’Ġunju li għadda, 1905 studenti tal-MCAST temmew l-istudji tagħhom b’suċċess.  Fosthom kien hemm 751 student li spiċċaw b’Ċertifikat jew Diploma li hi rikonoxxuta mhux biss f’Malta imma wkoll fl-Ewropa u pajjiżi oħra.
Minn Ottubru liġej, 159 minn dawn l-istudenti se jkollhom l-opportunita’ li jkomplu jistudjaw biex jiksbu degree fl-istess suġġett fl-Istitut tal-Arti u d-Disinn, l-Istitut tal-Kummerċ u n-Negozju, f’dak tal-Inġinerija Elettronika u l-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informatika.  Dawn l-erba’ istituti mis-sena akkademika li jmiss se joffru t-Top Up Degrees għall-istudenti tagħhom.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu żaret l-MCAST f’Raħal Ġdid fejn iltaqgħet ma’ għadd ta’ studenti li marru japplikaw biex f’Ottubru li ġej jibdew kors f’xi wieħed mid-disa’ istituti tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija.  Dawn l-applikazzjonijiet se jkomplu jintlaqgħu matul din il-ġimgħa
Waqt din iż-żjaral-Ministru tkellmet ma’ bosta ġuvintur u tfajliet li marru biex japplikaw, dwar il-karriera li jixtiequ jagħmlu u ħeġġithom biex jisfruttaw l-opportunitatjiet ta’ studju li l-pajjiż qed joffrilhom u li jiggarantulhom impjieg li jagħtihom sodisfazzjon.
Hu mistenni lifis-sena akkademika li jmiss in-numru ta’ studenti fl-MCAST jaqbeż il-5,000 – żieda ta’ aktar minn 200 student fuq is-sena li għaddiet.  Dan jixhed is-suċċess kbir tal-MCAST, il-fiduċja li jgawdi fost l-isudenti u l-firxa ta’ opportunitajiet li joffri lil dawk li jridu jibqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja.
Fil-fatt, is-senali ġejja l-MCAST se jkun qed joffri 107 korsijiet full time u 140 kors part-time fl-Istituti tiegħu f’Malta u 16-il kors full time u tnejn part-time f’Għawdex.
IstitutFull Time                   Part Time
Istitut tal-InġinerijaMekkanika                                        13                                 11 Inġinerija Elettronika                                                      12                                 11 Bini u Kostruzzjoni                                                         20                                 11 Teknoloġija tal-Infomrazzjoni                                             8                                 35 Kummerċ u Negozju                                                      12                                   9 Arti u Disinn                                                                  14                                 23 Marittimu                                                                        4                                 17 Servizzi fil-Komunita                                                       17                                14 Agribusiness                                                                  7                                  9 Għawdex                                                                      16                                  2
Kif tħabbaril-ġimgħa li għaddiet, minn Ottubru li ġej l-istudenti li jattendu l-programm Pathways se jibdew jirċievu l-Għotja ta’ Manteniment (Stipendju), bħal studenti oħra tal-MCAST.
Barra minn hekk,dawk l-istudenti li jmorru għall-Higher National Diploma u għal Degree se jirċievu l-istess stipendju bħal studenti tal-Universita’ li jkunu qed jagħmlu korsijiet fl-istess livell.
Sadattantil-pjanti tal-Campus il-ġdid tal-MCAST, proġett li se jiswa €116    miljun, (parti minnhom fondi tal-Unjoni Ewropea) qegħdin quddiem l-Awtorita’ għall-Ambjent u l-Ippjanar biex malli jkunu approvati jkun jista’ jibda x-xogħol biex l-Istituti kollha tal-MCAST jinġabru f’post wieħed.
F’Ottubru li ġej,ic-Child Care Centre “Magic Moments” li kien inawgurat uffiċjalment f’Mejju li għadda, se jilqa’ fih tfal ta’ studenti u lecturers tal-MCAST.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow