Left arrow Mur Lura

Konferenza ta’ l-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-eżerċizzju ta’ skambju ta’ żgħażagħ Maltin u żgħażagħ Ingliżi

pr1288
Date Icon 26/07/2009
Abbozz aġġornattal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ mistenni li jkun ppublikat matul din il-ġimgħa, biex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom, qabel ma tkun iffinalizzata din il-politika. Dan l-abbozz jinstab fuq is-sit www.education.gov.mt.
Dan ħabbru s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza attività ta’ skambju bejn żgħażagħ Maltin u Ingliżi organizzata miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Mosta, permezz tal-programm Youth in Action tal-Unjoni Ewropea.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-għan ta’ din il-politika hu dak li jgħin liż-żgħażagħ Maltin fl-iżvilupp soċjali u personali tagħhom. L-għan prinċipali hu dak li  l-politika tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà bl-iskop li jkollhom ċittadinanza attiva issa anke f’ambjent Ewropew.
Danl-abbozz huwa frott ta’ numru ta’ laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv, kwestjonarji li saru b’mod dirett maż-żgħażagħ, kif ukoll  proposti u suġġerimenti li taw l-għaqdiet taż-żgħażagħ fil-laqgħat li saru ma l-istess Segretarju Parlamentari.
Id-dokument finali mistenni jservi ta’ gwidagħall-Gvern biex il-politika tiegħu tkun tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Clyde Puli rrefera wkoll għal-proġett imtellaminn ŻAK Mosta. Hu qal li permezz ta’ dan il-proġett iż-żgħażagħ qed igawdu minn esperjenza li jaħdmu f’tim ma sħabhom u ma żgħażagħ oħrajn minkejja id-differenza kulturali. Semma wkoll kif permezz tal-Unjoni Ewropea, iż-żgħażagħ tagħna qed igawdu dejjem aktar minn opportunitajiet li jkomplu jgħinuhom fl-iżvilupp sħiħ tagħhom u li jkomplu jgħinuhom isiru ċittadini attivi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow