Konferenza ta’ l-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-eżerċizzju ta’ skambju ta’ żgħażagħ Maltin u żgħażagħ Ingliżi
pr1288
26/07/2009
| Abbozz aġġornat | tal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ mistenni li jkun ppublikat matul din il-ġimgħa, biex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom, qabel ma tkun iffinalizzata din il-politika. Dan l-abbozz jinstab fuq is-sit www.education.gov.mt. |
| Dan ħabbru s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza attività ta’ skambju bejn żgħażagħ Maltin u Ingliżi organizzata miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Mosta, permezz tal-programm Youth in Action tal-Unjoni Ewropea. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-għan ta’ din il-politika hu dak li jgħin liż-żgħażagħ Maltin fl-iżvilupp soċjali u personali tagħhom. L-għan prinċipali hu dak li l-politika tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà bl-iskop li jkollhom ċittadinanza attiva issa anke f’ambjent Ewropew. |
| Dan | l-abbozz huwa frott ta’ numru ta’ laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv, kwestjonarji li saru b’mod dirett maż-żgħażagħ, kif ukoll proposti u suġġerimenti li taw l-għaqdiet taż-żgħażagħ fil-laqgħat li saru ma l-istess Segretarju Parlamentari. |
| Id-dokument finali mistenni jservi ta’ gwida | għall-Gvern biex il-politika tiegħu tkun tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. |
| Clyde Puli rrefera wkoll għal-proġett imtella | minn ŻAK Mosta. Hu qal li permezz ta’ dan il-proġett iż-żgħażagħ qed igawdu minn esperjenza li jaħdmu f’tim ma sħabhom u ma żgħażagħ oħrajn minkejja id-differenza kulturali. Semma wkoll kif permezz tal-Unjoni Ewropea, iż-żgħażagħ tagħna qed igawdu dejjem aktar minn opportunitajiet li jkomplu jgħinuhom fl-iżvilupp sħiħ tagħhom u li jkomplu jgħinuhom isiru ċittadini attivi. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986