Jintbagħtu l-vouchers kollha għal bozoz energy saving b’xejn f’Malta u Għawdex – innaqqsu l-konsum, inħarsu l-ambjent
pr1287
26/07/2009
| Matul dawn l-aħħar jiem intbagħtu l-vouchers | kollha li jintitolaw lill-familji Maltin u Għawdxin għal bozoz energy saving b’xejn. Bit-twettieq ta’ din il-wegħda elettorali, il-familji Maltin u Għawdxin qed jiġu megħjjuna jkomplu jadottaw miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku u fl-istess waqt iħarsu l-ambjent. |
| Il-Vouchers li ġew imqassma jintitolaw familja | b’persuna waħda jew tnejn għal ħames bozoz, familja ta’ tlieta jew erba’ persuni hi ntitolata għal tmien bozoz filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar hi ntitolata għal għaxar bozoz. |
| In-numru ta’ bozoz inħadem skond kemm jidhru | nies reġistrati bħala residenti f’dar partikolari mal-korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilmaskond it-termini tar-regolamenti għall-provvista tal-eletriku. |
| l-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rreġistrat | dawk il-bozoz li laħqu l-kriterji taċ-Charter Ewropew dwar il-bozoz energy saving. Dan il-proċess wassal biex fl-iskema qed jieħdu sehem 12-il importatur bi 13-il ditta ta’ bozoz b’ħajja minima ta’ 10,000 siegħa. |
| Il-vouchers jistgħu jissarfu | f’madwar 240 ħanut f’Malta u Għawdex. Il-konsumatur huwa liberu li jsarraf dan il-voucher f’ħanut tal-għażla tiegħu rrispettivament mill-lokalita’ fejn joqgħod. Mal- voucher il-familji ircievew wkoll karta b’lista tal-ħwienet approvati kif ukoll bid-ditti tal-bozoz li qed jiparteċipaw fl-iskema. Mal-ħwienet approvati twaħħlet ukoll sticker sabiex tindika li l-ħanut huwa awtorizzat biex jipparteċipa f’din l-iskema. Hu importanti li min imur biex isarraf il-voucher jieħu miegħu l-karta tal-identita’. |
| Ladarba wieħed imur f’ħanut tal-għażla tiegħu | għandu għażla mhux biss tad-ditta iżda wkoll tal-għamliet differenti ta’ bozoz. Wieħed jista’ jagħżel il-wattage li jeħtieġ, il-kulur li jrid u t-tip ta’ holder li jkollu bżonn. |
| Il-Ministeru tar-Rizorsi u l-Aaffarijiet Rurali | jirringrazzja lil kull min hu nvolut f’din l-iskema, lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, L-Asoċċjazzjoni tal-Importaturi (EIA), l-GRTU, l-MITA għas-software tas-sistema, De La Rue għal-ipprintjar tal-Vouchers b’features li jassiguraw is-sigurta’ tal-Vouchers kif ukoll lil-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. |
Issa li tlesta l-proċċess tat-Tqassim ta’ ‘l fuq minn 130,000 voucher il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed tanalizza kull każ li diġa ġie rrapurtat ta’ persuni li jew ma rċevewx il-voucher jew irċevew anqas bozoz minn kif spjegat fl-iskema. Il-Ministeru jfakkar li l-iskema tibqa miftuħa sal-aħħar ta’ Ottubru 2009 Ghalhekk qed jinghata żmien biżżejjed sabiex dan jissarraf. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel fuq freephone 80072212 jew jibgħat email fuq energyswitch@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986