Left arrow Mur Lura

JINGĦATA L-PREMJU L-ĦADDIEM TAS-SENA FL-ISPTAR MONTE CARMELI

pr1285
Date Icon 25/07/2009
Is-Sinjorina Claire Busuttil,Occupational Therapist ġiet ippreżentata bill-premju annwali l-Ħaddiem tas-Sena tal-Isptar Monte Carmeli.
Dan sar waqt serata li saretfil-pjazza tal-Isptar Monte Carmeli, li matulha ġie wkoll ippreżentat il-premju it-tim tas-sena lill-ħaddiema tas-sala numru 2 tan-nisa tal-istess sptar.
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea qal li l-iskop tal-okkażjoni hu dak li jiġi ċċelebrat il-ħaddiem.  Hu fakkar li mhux il-bini biss li jagħmel l-isptar imma huma l-ħaddiema li joffru l-kura lill-dawk li għandhom problemi ta’ saħħa mentali.
Is-Segretarju Parlamentarifakkar li minn meta f’Lulju tal-1861 infetaħ l-Isptar sar ħafna progress fil-qasam tas-saħħa mentali.  Illum l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħid li 8% mill-poplu tad-dinja jiltaqħu ma problemi ta’ saħħa mentali jew qawwija f’xi mument f’ħajjithom. Huwa wkoll stmat li sas-sena 2020 din se tkun l-aktar kundizzjoni komuni.
Hu rrimarka r-responsabilita’tal-ħaddiema tal-isptar Monte Carmeli li jikkuraw persuni li jkunu imkissra u kultant imneżża minn kull dinjita’.  Is-Segretarju Parlamentari appella biex is-soċjeta tkun aktar tolleranti fil-konfront ta min qiegħed jiffaċċja dawn it-tip ta’ problemi.
Is-Segretarju Parlamentariqal li s-servizzi li qiegħed jagħti dan l-isptar komplew jiżdiedu u llum hemm servizz fil komunita’, day centres, hostels, sheltered housing kif ukoll ġew integrati pazjenti fid-dinja tax-xogħol.
Hu rringrazzja lill-ħaddiemakollha u li sellem lil dawk il-ħaddiema li kienu jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli u li  rtiraw mix-xogħol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow