L-MITC F’GĦAJNUNA DIRETTA LID-DAR TAL-PROVIDENZA FIS-SIĠĠIEWI
| Ix-xogħol li jsir kuljum fid-Dar | tal-Providenza hu kruċjali u żgur hu ta’ servizz għall-komunità Maltija. |
| Għalhekk il-Ministeru ta’ | l-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) permezz tal-entitajiet tiegħu qed jgħin b’mod dirett biex din id-Dar ittejjeb is-sistema u t-tagħmir teknoloġiku li bih titmexxa. |
| Fid-dinja tal-lum kulħadd | iħoss il-bżonn ta’ strateġija tajba ta’ komunikazzjoni u teknoloġija biex imexxi proġett jew servizz bl-aħjar mod possibbli. Id-Dar tal-Providenza wkoll qed tagħmel dan permezz tal-għajnuna li se tingħata mill-MITC. |
Ftit tal-minuti ilu ttellgħet online il-website l-ġdida tad-Dar tal-Providenza li hija www.dartalprovidenza.org. Din il-website, li ġiet iddisinjata mill-entitajiet fil-Ministeru, tagħti idea ċara tas-servizzi kollha li toffri din id-Dar għall-persuni b’diżabilità u dwar ix-xogħol siewi tal-volontiera. Il-website hi mgħammra bl-aħħar teknoloġija u tikkonsisti f’blogs, videos u ritratti. Ħaddiema mid-Dar tal-Providenza ngħataw taħriġ biex huma stess iħaddmu u jżommu l-website ħajja. Il-website mhix l-ewwel u l-aħħar proġett fid-Dar tal-Providenza min-naħa tal-Ministeru responsabbli mill-IT.
Sadanittant l-MITC qed jagħti l-appoġġ tiegħu waqt il-Maratona tal-Volleyball organizzata minn grupp kbir ta’ żgħażagħ volontiera. Din il-maratona, ta’ 52 siegħa, tista’ tkun segwita direttament fuq il-website u tiftaħ għada l-Ġimgħa 24 ta’ Lulju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986