PROĠETT TA’ €1.5 MILJUN GĦALL-ESTENSJONI TAL-JUNIOR COLLEGE
pr1278
23/07/2009
| Aktar studenti se jibdew | jieħdu l-istipendju |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport Dolores Cristina ħabbret li minn Ottubru li ġej numru ta’ studenti f’istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla li sal-lum ma kienux qed jirċievu l-istipendju se jibdew jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju biex huma wkoll ikunu mħajra jkomplu jistudjaw bla ma jkunu ta’ piż fuq il-familji tagħhom. |
| Fost dawn hemm l-istudenti tal-Pathways fl-MCAST | u studenti ’l fuq minn 30 sena li bħala regola sal-lum, ma kienux jingħataw l-Għotja ta’ Manteniment lill-istudenti. |
| Il-Ministru Cristina ħabbret dan waqt żjara li | għamlet dal-għodu fil-Junior College l-Imsida fejn bħalissa għaddej xogħol fuq estensjoni ta’ bini mifruxa fuq 1662 metru kwadru u li se tiswa €1.5 miljun biex jinħoloq aktar spazju għat-tagħlim u jakkomoda l-popolazzjoni ta’ studenti li fl-aħħar 14-il sena irduppjat. |
| Waqt din iż-żjara li l-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina rat ix-xogħol li qed isir fuq il-bini ta’ tmien lecture rooms kbar u għoxrin tutorial rooms. Fl-estensjoni se jkun hemm ukoll toilets li nofshom ikunu aċċessibli għal persuni b’diżabilita’. Il-kmamar kollha se jkunu mgħammra b’apparat edukattiv tal-aqwa kwalita’ u bl-aħħar teknoloġija. Se jinbnew ukoll żewġ lifts biex is-sulari l-ġodda jkunu aċċesibbli għal persuni b’diżabilita’. |
| Fil-bini tal-estensjoni qed ikunu implimentati | diversi miżuri li jiffrankaw l-użu tal-enerġija, fosthom twieqi li se jkunu “double glazed”, soqfa insulati, toilets li jikkunsmaw anqas ilma, bozoz u apparat li jiffrankaw l-enerġija, u software li jiffrankaw l-enerġija fil-kompjuters kollha. |
| Ix-xogħol fuq il-proġett beda f’nofs Ġunju u | għalkemm ix-xogħol tal-bini jkun lest sakemm tibda s-sena akkademika li jmiss, il-lecture rooms u tutorial rooms ikunu jistgħu jibdew jintużaw f’Settembru 2010. Il-proġett hu ffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. |
| Dan it-titjib fl-infrastruttura tal-Junior | College se jtejjeb l-ambjent u l-esperjenza edukattiva tal-isudenti f’din l-akbar istituzzjoni ta’ edukazzjoni post sekondarja f’pajjiżna. |
| F’dawn l-aħħar snin il-popolazzjoni tal-Junior | College kibret tant li l-ispazju tat-tagħlim kien sar żgħir wisq biex jilqa l-esiġenzi moderni tat-tagħlim. Infatti filwaqt li fl-1995, meta twaqqaf il-Junior College kien hemm 1600 student/a, f’Ottubru tas-sena li għaddiet dan in-numru żdied għal 3024 student. |
| Il-Ministru Cristina innotat b’sodisfazzjon li | n-numru ta’ studenti tfajliet fil-Junior College jisboq dak tal-ġuvintur. Fil-fatt, fl-aħħar sena akkademika kien hemm 1798 tfajla jistudjaw fil-Junior College u 1226 ġuvni. Dan hu fatt pożittiv għax eventwalment għandu jissarraf f’aktar nisa li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. |
| Hi spjegat il-ħidma li qed issir biex tintlaħaq | il-mira li sal-2015 in-numru ta’ studenti li jibqgħu jistudjaw f’livelli ta’ edukazzjoni għolja jitla’ għal 85%. Fost affarijiet oħra hi semmiet in-numru ta’ scholarships li qed joffri l-Gvern permezz ta’ diversi skemi. |
| Il-Ministru qalet li bħalissa qed isiru | xogħolijiet ta’ tisbiħ u tindif f’diversi skejjel fejn qed jitjiebu ħafna faċilitajiet inkluż dawk sprotivi. Dawn l-iskejjel u l-faċilitajiet tagħhom għandhom iservu bħala Ċentru għall-komunitajiet li qegħdin fihom biex l-investiment li jsir jitgawda minn kulħadd, anke wara l-ħinijiet tal-iskola. |
| Sadattant l-amministrazzjoni tal-Junior College | għandha proġetti oħra biex tkompli żżid il-faċilitajiet offruti, fosthom il-bini ta’ Child Care Centre għat-tfal tal-lecturers u l-istudenti. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986