IL-PRIVATIZAZZJONI TAL-PORT ĦIELES HI STORJA KONTINWA TA’ SUĊĊESS
pr1277
23/07/2009
| Investiment ta’ €24.5 miljun | mill-Malta Freeport Terminals |
| B’investiment ta’ €24.5 | miljun il-Malta Freeport Terminals issa huwa aktar kompetittiv ma’ portijiet oħra fl-Ewropa għax hu l-ewwel terminal li investa f’erba’ krejnijiet ta’ dan it-tip. Dawn jinsabu f’Terminal 2 fuq in-North Quay. |
| Dan l-investiment ta’ kwazi | €25 miljun se jwassal biex l-Port Ħieles ikun aktar effiċjenti u b’hekk jattira aktar kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija biex jagħmlu l-waqfiet tagħhom f’Malta. |
| Dawn il-krejnijiet għandhom | kapaċità li jerfgħu 80 tunnellata f’daqqa. L-outreach tagħhom hi ta’ 65.5 metri u jistgħu jaħdmu fuq vapuri li fil-wisa’ tagħhom iġorru 23 kontejner. L-għoli ta’ kull krejn hu ta’ 43 metri u t-toqol tal-istruttura tagħhom hu ta’ 1,750 tunnellata. |
| Waqt żjara li għamel fuq | il-post, il-Ministru Austin Gatt faħħar dan l-investiment għax issa qed jidher ċar kemm kien għaqli l-Gvern li pprivatizza l-Port Ħieles fl-2004. |
| Parti mill-ftehim li kien sar | bejn il-Gvern Malti u l-Malta Freeport Terminals kienet tobbliga lis-CMA CGM biex tkompli bil-proġetti inftrastrutturali li jkabbru l-potenzjal tal-Port Ħieles. |
| Mill-Privatizazzjoni | f’Ottubru tal-2004 ‘l hawn, l-Malta Freeport Terminals investiet €92.3 miljun f’tagħmir u fl-infrastruttura ta’ mollijiet ġodda. L-investiment se jkompli jiżdied għal €145.5 miljun. |
| Fl-istess perijodu, | l-immaniġġjar ta’ kontejners żdied b’60% jiġifieri 2.33 miljun kontejner (sas-sena li għaddiet). Minkejja r-riċessjoni tul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-Malta Freeport żamm l-istess livelli tas-sena ta’ qabel. |
| Barra minn hekk illum | il-ħaddiema fil-Freeport ilaħħqu l-1237 full-time, b’254 minnhom jiżdiedu mill-2004 sal-lum. |
| Fi kliem il-Ministru Austin | Gatt, il-politika tal-Gvern hawn hekk ukoll kienet storja ta’ suċċess u ġġib fix-xejn lil min kien jikkritika l-proċess ta’ privatizazzjoni. |
| Ovvjament b’dan l-aħħar | investiment ta’ €24.5 miljun il-Freeport se jkun jista’ jkompli jżid il-kapaċita’ tiegħu u l-mira hi li jilħaq it-3 miljun kontejner sal-2011. |
| Il-Ministru Gatt kien | akkumpanjat minn Mark Portelli, Chairman tal-Malta Freeport Corporation u minn Uwe Malezki, Direttur Manigerjali tal-Malta Freeport TerminalsLtd. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986