Left arrow Mur Lura

L-investiment mal-Polonja rdoppja wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea

pr1276
Date Icon 23/07/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin, l-Onor. Tonio Borg qal li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Polonja huma fl-għola livell li qatt kienu fl-aħħar snin, grazzi għall-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija fil-Polonja u għall-interess li qed turi l-Polonja biex tiftaħ Ambaxxata f’Malta.
Huwa qal dan fi tmiem iż-żjara li għamelfil-Polonja, hekk kif fil-ġranet li għaddew, il-Viċi Prim Ministru kellu laqgħat f’żewġ pajjiżi oħra: fl-Ungerija u fis-Slovakkja. Fil-Polonja huwa kellu taħditiet mall-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Radoslaw Sikorski.
Dr Tonio Borg huwa tal-fehma li d-deċiżjonipolitika li titwaqqaf Ambaxxata Maltija f’Varsavja diġa’ tat kontribut importanti li permezz tagħha ssaħħew il-kuntatti u ġew esplorati oqsma ġodda ta’ koperazzjoni. Fl-istess waqt, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg wera l-apprezzament tiegħu li l-Awtoritajiet Pollakki qed jikkunsidraw serjament li jiftħu Ambaxxata f’Malta. Sostna li huwa jilqa’ lir-rappreżentanti diplomatiċi Pollakki f’pajjiżna, u fisser li dawn jistgħu ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, speċjalment meta tqis il-fatt li f’Malta jgħixu madwar 130 Pollakk.
Dr Tonio Borg appella biex ikun hemm iktar ħidmabilaterali fuq diversi binarji, kemm fuq dik politika kif ukoll f’oqsma oħra, fosthom dik kulturali u ekonomika. Huwa ħeġġeġ biex jitwaqqaf grupp ta’ ħbiberija Parlamentari bejn Malta u l-Polonja. Fl-istess waqt għamel referenza għall-bżonn li tkun promossa l-kultura bejn iż-żewġ pajjiżi. Qal li fl-2007 twaqqfet soċjeta’ ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi fuq inizjattiva ta’ ċittadini pollakki li qed jgħixu f’Malta. Fuq dan l-eżempju, il-Viċi Prim Ministru ħeġġeġ ukoll lill-Kunsilli Lokali sabiex jidħlu f’ġemellaġġi ma’ lokalitajiet fil-Polonja.
Il-Viċi Prim Ministru tkellem ukoll dwaril-koperazzjoni fil-fora internazzjonali u saħaq li ż-żewġ pajjiżi, bħala membri tal-Unjoni Ewropea, jaqsmu wkoll valuri u twemmin simili, li se jkomplu jsostnuhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea stess. Valuri li huma mseddqa mir-radiċi Kattoliċi li kemm Malta kif ukoll il-Polonja jħaddnu mill-viċin. Il-Gvern Malti talab ukoll is-sostenn tal-Polonja sabiex tappoġġja t-talba ta’ Malta li jitwaqqaf uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil f’Malta.
Ħabbar ukoll li Malta se tkun qed tagħtikontribuzzjoni finanzjarja lill-Fond Auschwitz-Birkenau għax-xogħlijiet ta’ restawr fuq l-Auschwitz-Birkenau Memorial.
Dwar l-investiment u l-kummerċ bejn iż-żewġstati, il-Viċi Prim Ministru qal li d-dħul ta’ Malta u l-Polonja fl-Unjoni Ewropea wassal biex jiżdied il-potenzjal għall-investiment, tant li rdoppja minn kemm ilhom li ż-żewġ pajjiżi daħlu fl-Unjoni Ewropa. L-esportazzjoni wkoll irduppjat fi ftit snin biex fl-2007 laħqet l-ammont ta’ ftit iktar minn 15-il miljun ewro, minkejja li naqset bi ftit matul is-sena li għaddiet. Dr Tonio Borg tenna li f’mument ta’ kriżi finanzjarja internazzjonali, Malta u l-Polonja jistgħu jaħtfu iktar l-opportunitajiet li jagħtihom is-suq ewropew u internazzjonali, speċjalment meta tqis li Malta tagħmel parti wkoll miz-zona ewro.
Hawnhekk huwa semma d-delegazzjoni kummerċjalikomposta minn numru rekord ta’ kummerċjanti Maltin li f’Jannar ta’ din is-sena, marru l-Polonja waqt żjara mill-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, u li kien akkumpanjat ukoll mill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg stess.  Intant il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Malta Enterprise qed jaħdmu flimkien mal-uffiċċju tal-Promozzjoni u l-Investiment fl-Ambaxxata Pollakka f’Ruma biex issir konferenza iktar tard matul din is-sena, bħala ‘follow-up’ ta’ din id-delegazzjoni kummerċjali.
Fis-settur tal-investiment, il-Viċi PrimMinistru qal li hemm għadd ta’ setturi li għandhom potenzjal qawwi biex jiġu żviluppati fosthom is-settur tal-IT u dak tal-farmaċewtika.
Dwar it-turiżmu, huwa qal li dan is-settur qedikompli jissaħħaħ mal-Polonja, speċjalment bl-introduzzjoni ta’ linja diretta tal-Air Malta bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan fil-fehma tiegħu se jkun qed iżid l-għadd ta’ passiġġieri fuq iż-żewġ bnadi. Ma’ dan ta’ min iżid ukoll li ż-żewġ pajjiżi jinsabu fiz-zona Schengen u għaldaqstant iċ-ċittadini tagħhom għandhom inqas ostakli biex jivvjaġġaw.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kien mistiedeniżur il-kwartieri li minnu topera l-Aġenzija Frontex. Matul din iż-żjara huwa seta’ jsegwi l-ħidma li twettaq din l-aġenzija li għandha l-għan li tikkoordina l-immigrazzjoni irregolari.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow