Il-President George Abela Jzur il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’dizabilita’
pr1271
22/07/2009
| ‘Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalija li | l-Community Chest Fund se timpjega zewġ persuni b’dizabilita’ fit-Taqsima tal-Customer Care tagħha, kif ukoll l-uffiċċju tal-President se jimpjega persuna li tieħu t-telefonati li wkoll ħassejna l-ħtieġa li nagħtu din l-opportunita’ lil persuna b’dizabilita’’ |
| Dan qalu l-President George Abela waqt zjara li | għamel liċ-ċentru tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Dizabilita’. L-Onorevoli Ministru John Dalli wkoll attenda għal din iz-zjara. Ic-Chairman tal-kummissjoni, Joe Camilleri qal li dan iċ-ċentru huwa tal-ogħla livell ta’ aċċessibilita’ lejn persuni b’dizabilita u jħaddan numru kbir ta’ impjegati b’xi tip jew oħra ta’ dizabilita’. Huwa jsostni li aktar ma post tax-xogħol ikollu faċilitajiet aċċessibbli, iktar se jagħti opportunita’ ta’ xogħol lil persuni b’xi dizabilita’ partikolari. |
| Il-President George Abela ġie pprezentat bi | ktieb li dalwaqt se ssir il-launch tiegħu. F’din il-pubblikazzjoni wieħed se jsib ħafna informazzjoni siewja għal persuni b’dizabilita. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986