L-Ungerija għandha potenzjal importanti għall-investituri Maltin
pr1268
22/07/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Tonio Borg sostna li Malta u l-Ungerija għandhom jesploraw il-possibbilta’ li jorganizzaw b’mod regolari delegazzjonijiet kummerċjali biex jissaħħaħ l-investiment u jinħoloq iktar xogħol. |
| Dr Tonio Borg qal dan f’taħditiet bilaterali | fl-Ungerija mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ungeriż Péter Balázs. F’dawn id-diskussjonijiet iż-żewġ naħat tkellmu fuq għadd ta’ temi fosthom bi prominenza il-ħidma taż-żewġ pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kif Malta tista’ tgħin biex l-Ungerija ssaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi mediterranji u dawk tal-Ewropa ċentrali. |
| Il-Viċi Prim Ministru fisser ir-relazzjonijiet | bilaterali mal-Ungerija bħala eċċellenti u fi kliemu ma hemm l-ebda kwistjonijiet diplomatiċi pendenti bejn iż-żewġ naħat. Ta’ min isemmi li minn mindu bdew dawn ir-relazzjonijiet, fl-1970, ġew iffirmati b’kollox sitt ftehimiet bilaterali. Fost dawn insibu dawk dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja, il-ftehim kontra l-kriminalita’ b’enfasi fuq id-droga u oħrajn marbuta mal-edukazzjoni u kultura. Il-Viċi Prim Ministru tenna kif bejn Malta u l-Ungerija teżisti wkoll koperazzjoni fil-qasam turistiku. |
| Dr Tonio Borg enfasizza fuq il-bżonn li Malta u | l-Ungerija jibdew jaqsmu iktar l-esperjenza li għandhom fil-qasam politiku. Għal dan il-għan ġie propost mill-Viċi Prim Ministru li jitwaqqaf grupp parlamentari Malti-Ungeriż li jibda jaħdem u jesplora possibiltajiet kif tista’ tissaħħaħ il-koperazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam. |
| Dwar is-settur ekonomiku u kummerċjali, il-Viċi | Prim Ministru fakkar kif hemm lok għal titjib konsiderevoli fejn jidħol il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Għaldaqstant huwa appella biex jibdew isiru delegazzjonijiet kummerċjali iktar regolari bejn iż-żewġ naħat. |
| “Attivitajiet simili, sostna l-Ministru Tonio | Borg, iservu ta’ xprun għall-investiment fuq iż-żewġ naħat u fl-istess waqt in-negozjant Malti jista’ jara l-potenzjal għal suq ikbar. Ta’ min ifakkar li fl-Ungerija hemm diġa’ investiment sod mill-Maltin fil-kamp tal-ospitalita’ turistika. Mill-banda l-oħra l-investitur Ungeriż jista’ jsib lil Malta bħala pajjiż attraenti speċjalment f’setturi li fihom Malta qiegħda minn ta’ quddiem bħas-Settur Finanzjarju u l-IT.” |
| Fuq l-istess linja, il-Viċi Prim Ministru | tkellem dwar it-turiżmu u qal li minkejja li qabel il-kriżi finanzjarja internazzjonali, kien hemm żieda fit-turisti li jiġu Malta mill-Ungerija, fejn laħħaq l-ogħla ammont fl-2007 bi kważi 9,500 turist, dan jista’ jibqa’ jiżdied jekk ikun hemm iktar ħidma konġunta. Dr Tonio Borg fakkar fil-faċilita’ li teżisti matul is-sena kollha li toffri l-Airmalta b’titjiriet diretti lejn Budapest. |
| Il-Viċi Prim Ministru enfasizza l-fatt li aktar | ħidma bilaterali f’dawn l-oqsma, fl-aħħar mill-aħħar tirriżulta għal iktar ħolqien tal-impjiegi f’setturi kruċjali għal pajjiżna. Tenna li minkejja d-diffikultajiet u l-mewġ minħabba l-kriżi internazzjonali, il-Gvern Malti ma qadx lura milli juża kull mezz possibbli sabiex jibqa’ jġib l-investiment lejn Malta u b’hekk jinħoloq iktar xogħol. Huwa saħaq li żjarat simili jqajmu iktar interess għall-investituri. |
| Il-Viċi Prim Minsitru temm jgħid li Malta | għandha relazzjonijiet tajba ħafna mal-pajjiżi Ewropej u dawk Mediterranji, u għaldaqstant, tista’ tkun ta’ għajnuna sabiex l-Ungerija tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi li huma aktar viċin ta’ Malta. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986