L-Islovakkja wkoll se tieħu immigranti irregolari minn Malta
pr1266
22/07/2009
| Wara | Franza, l-Ġermanja, il-Litwanja, l-Olanda, l-Irlanda, il-Portugall u l-Istati Uniti, issa anke l-Islovakkja ddikjarat li se tieħu immigranti illegali minn Malta. Dan ħabbru l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Slovakk Miroslav Lajčák fi tmiem laqgħa li kellu mal-Viċi Prim Ministru Malti Tonio Borg. |
| L-Islovakkja se tipparteċipa | fil-proġett pilota billi tieħu numru ta’ immigranti irregolari minn pajjiżna. Il-Ministru Slovakk saħaq ukoll li l-Islovakkja lesta tkompli taqsam il-piż ma’ Malta anke wara li jitlesta l-proġett pilota. |
| Din | l-inizjattiva tal-Gvern Slovakk hi meqjusa bħala waħda ferm importanti fl-isfond tal-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tal-immigrazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea b’mod partikolari wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-18 u 19 ta’ Ġunju 2009 fi Brussell. Dan is-summit ta mandat ċar lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq proġett pilota għal rilokazzjoni ta’ persuni li jgawdu protezzjoni internazzjonali minn Malta lejn pajjiżi tal-Unjoni. |
| Il-Gvern | Malti talab ukoll is-sostenn tal-Islovakkja sabiex tappoġġja t-talba ta’ Malta li jitwaqqaf uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil f’Malta. |
| Il-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Tonio Borg stqarr li l-Gvern Malti juri l-apprezzament tiegħu lill-Gvern Slovakk tal-għajnuna kollha li qiegħed joffri lil Malta, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ inizjattivi li jagħtu futur lil dawk li jeħtieġu protezzjoni u jirringrazzja lil dawk l-entitajiet kollha li taw sehemhom biex din l-inizjattiva sseħħ. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986