Ikompli l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA
| Bħalissa | l-Gvern qed jagħmel sensiela ta’ preżentazzjonijiet u laqgħat ma’ dawk kollha li kkontribwixxew fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-MEPA. |
| Sa issa diġa` saru preżentazzjonijiet u laqgħat | ma’ għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet ambjentali, mal-Kamra tal-Periti u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Dawn il-laqgħat qed ikomplu llum u fil-jiem li ġejjin. Bdew ukoll serje ta’ laqgħat mal-ħaddiema tal-MEPA u se jsiru laqgħat mal-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-MEPA. |
F’dawn il-laqgħat il-Gvern qiegħed jisma’ r-reazzjonijiet u s-suġġerimenti biex ikomplu jitjiebu l-proposti li saru. Min irid li ssirlu l-preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA jista’ jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju għall-Komunikazzjoni fuq 2200 1464 jew jibgħat email fuq riformamepa@gov.mt.
Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju se tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali. Waqt din il-Konferenza Nazzjonali se ssir diskussjoni dwar id-dokument ta’ proposti li ġie pubblikat u jintlaqgħu aktar proposti. Min jixtieq li jattendi għall-Konferenza Nazzjonali jista’ jċempel fuq 2200 1464 jew jibgħat email fuq riformamepa@gov.mt.
| Matul Awwissu u Settembru se jkun qiegħed | jitħejja l-abbozz ta’ liġi biex jidħlu fis-seħħ il-proposti. Matul dan il-perjodu u sakemm l-abbozz ta’ liġi jiġi diskuss fil-Parlament, il-Gvern se jkompli jilqa’ s-sottomissjonijiet li jsiru. |
| Intant bħalissa qed jitħaddem servizz ta’ | informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni u jagħmel suġġerimenti permezz tat-telefon dwar il-proposti li ġew imħabbra. Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jew jagħmel suġġerimenti jista’ jċempel fuq il-linja 188. |
Id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit www.opm.gov.mt/mepa.
L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986