Left arrow Go Back

Ikompli l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA

pr1265
Date Icon 22/07/2009
Bħalissal-Gvern qed jagħmel sensiela ta’ preżentazzjonijiet u laqgħat ma’ dawk kollha li kkontribwixxew fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-MEPA.
Sa issa diġa` saru preżentazzjonijiet u laqgħatma’ għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet ambjentali, mal-Kamra tal-Periti u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.  Dawn il-laqgħat qed ikomplu llum u fil-jiem li ġejjin.  Bdew ukoll serje ta’ laqgħat mal-ħaddiema tal-MEPA u se jsiru laqgħat mal-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-MEPA.

F’dawn il-laqgħat il-Gvern qiegħed jisma’ r-reazzjonijiet u s-suġġerimenti biex ikomplu jitjiebu l-proposti li saru.  Min irid li ssirlu l-preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA jista’ jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju għall-Komunikazzjoni fuq 2200 1464 jew jibgħat email fuq riformamepa@gov.mt.      

Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju se tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali.  Waqt din il-Konferenza Nazzjonali se ssir diskussjoni dwar id-dokument ta’ proposti li ġie pubblikat u jintlaqgħu aktar proposti.  Min jixtieq li jattendi għall-Konferenza Nazzjonali jista’ jċempel fuq 2200 1464 jew jibgħat email fuq riformamepa@gov.mt.  

Matul Awwissu u Settembru se jkun qiegħedjitħejja l-abbozz ta’ liġi biex jidħlu fis-seħħ il-proposti.  Matul dan il-perjodu u sakemm l-abbozz ta’ liġi jiġi diskuss fil-Parlament, il-Gvern se jkompli jilqa’ s-sottomissjonijiet li jsiru.
Intant bħalissa qed jitħaddem servizz ta’informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni u jagħmel suġġerimenti permezz tat-telefon dwar il-proposti li ġew imħabbra.  Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jew jagħmel suġġerimenti jista’ jċempel fuq il-linja 188.

Id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit www.opm.gov.mt/mepa. 

L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow