L-ONOR JASON AZZOPARDI JAGĦTI SIĠAR B’KUMPENS GĦALL-KARTA UŻATA
pr1263
21/07/2009
| L-Onor Jason Azzopardi Segretarju Parlamentari | għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, illum għamel donazzjoni ta’ erbgħin siġra biex jitħawwlu bħala inizjattiva ambjentali bi tpattija għall-karti stampati li ntużaw minnu s-sena li għaddiet. Din l-inizjattiva tikkontribwixxi biex tiżdied il-ħdura fiċ-ċentri tal-irħula tagħna, bl-effetti kollha pożittivi li dan iġib miegħu. |
| Jason Azzopardi fiehem kif l-ammont ta’ siġar li | tħawwlu huwa ikkalkulat xjentifikament b’formula apposta, wara li jkun tkejjel eżatt l-ammont ta’ karti li jkunu intużaw fi żmien partikolari. Dan l-eżercizzju li jsir mit-Tree For You, jidħol fid-dettal ta’ kemm tkun ħoxna l-karta, jekk tkunx stampata bil-kulur, jew ikolliex coating gloss. Għalhekk permezz ta’ dan l-offsetting tal-Carbon Footprint, isir kontribut dirett għall-irħula tagħna. |
| L-erbgħin siġra huma kollha endemiċi għal Malta, | u bħal kull siġra mħawwla mit-Tree For You, huma addottati għal dejjem. Dan ifisser li jekk siġra timrad u tmut jew jiġrilha xi ħaġa, din tiġi sostitwita minnufih b’waħda oħra ta’ l-istess razza. L-erbgħin siġra huma żebbug, ħarrub, ballut, għargħar, ġummar, u deru. Dawn ser jiġu mħawwla f’Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Ħal Għaxaq, u l-Gudja. |
| Dawn jingħaqdu ma’ iktar siġar li Jason | Azzopardi ta f’April li għadda b’kontribut għall-masġar Karl Chircop f’Santa Lucija. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986