Left arrow Go Back

XOGĦOL TA’ TITJIB U TISBIEĦ F’AKTAR MINN 60 SKOLA TAL-GVERN

pr1261
Date Icon 21/07/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport Dolores Cristina dal-għodu żaret żewġ skejjel li bħalissa fihom qed isir xogħol ta’ tiswijiet u tisbieħ mill-Fondazzjoni Skejjel ta’ Għada.
Fil-Junior Lyceum tas-Subien tal-Kulleġġ SanĠorġ Preca fil-Ħamrun qed isir xogħol estensiv li fost affarijiet oħra jinkludi l-bini ta’ workshops teknoloġiċi ġodda, titjib fil-laboratorji tax-xjenza, bdil ta’ madum u aperturi u xogħol ieħor ta’ modernizzar fl-iskola.
Żjara oħra saret fl-iskola Primarja tal-Gżirafil-Kulleġġ Santa Klara fejn ukoll qed isir xogħol estensiv fosthom bdil ta’ madum f’diversi klassijiet u kuriduri, bdil ta’ bibien interni fil-klassijiet u uffiċji, tibjid fil-klassijiet u xogħlijiet oħra biex joffru ambjent aħjar fl-iskola.
Il-Fondazzjoni Skejjel ta’ Għada matul ix-xhurtas-Sajf ta’ din is-sena qed tagħmel xogħlijiet f’aktar minn 40 skola tal-Gvern.
Fi tnax minn dawn l-iskejjel, barra xogħlijietta’ tisbiħ qed tinbena infrastruttura ġdida tal-IT biex l-iskejjel ikollhom teknoloġija aktar b’saħħitha u avvanzata li tippermettilhom jisfruttaw aħjar it-teknoloġija tal-informatika għal skopijiet ta’ tagħlim.
F’numru ta’ skejjel oħra qegħdin jitjiebul-faċilitajiet sportivi filwaqt li f’oħrajn qed tinbidel is-sistema tal-elettriku.  F’għadd ta’ skejjel qed jinbidlu u jittejbu l-faċilitajiet sanitarji. F’żewġ skejjel oħra qed ikunu installati ‘lifts’ biex dawn isiru aktar aċċessibbli għal studenti b’diżabilità. Dawn ix-xogħlijiet, li mistennija jitlestew sa nofs Settembru, mistennija jiswew aktar minn €1 miljun.
Il-Fondazzjoni bħalissa għaddejja wkoll bil-binita’ tliet skejjel ġodda – skola primarja f’Pembroke li tibda tilqa’ t-tfal fiha f’Settembru li ġej; skola sekondarja tas-subien fil-Kulleġġ Marija Reġina fil-Mosta u t-tkomplija ta’ skola sekondarja ġdida fil-Kulleġġ Għawdex.
Fl-iskejjel bħalissa qed isir xogħol ukoll minnħaddiema tat-Taqsima Xogħlijiet Tekniċi tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jinkludi xogħol ta’ plumbing, elettriku u tiswijiet ta’ bini kif ukoll xogħol ta’ aperturi ta’ ħadid f’xi skejjel.
Dan ix-xogħol isir minn fondi tal-iskejjelrispettivi sakemm ikun possibbli u f’każi fejn l-ispiża tkun kbira li l-iskola ma jkollhiex fondi biżżejjed, ix-xogħol isir mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
F’kumment lill-ġurnalisti l-Minisru Cristinaqalet li l-Gvern u l-Ministeru tal-Edukazzjoni huma impenjati biex itejbu kemm l-ambjent kif ukoll il-faċilitajiet fl-iskejjel ħalli t-tfal u l-istudenti jkollhom l-aħjar esperjenza edukattiva possibbli għaliex hu magħruf li skejjel b’ambjent sabiħ u nadif u faċilitajiet tal-ogħla livell jgħinu wkoll biex l-iskejjel joffru l-aħjar lill-istudenti tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow