STQARRIJA TAL-MINISTERU tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment - Proposti kkupjati u inkosistenti mill-Oppożizzjoni – Reazzjoni gћad-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat fl-Gћeluq tal-Konferenza tal-Partit Laburista dwar l-Inflazzjoni
pr1251
18/07/2009
| Proposti kkupjati u inkosistenti | mill-Oppożizzjoni – Reazzjoni gћad-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat fl-Gћeluq tal-Konferenza tal-Partit Laburista dwar l-Inflazzjoni |
| Id-diskors konklussiv tal-Kap | tal-Oppożizzjoni waqt konferenza organizzata mill-Partit Laburista dwar l-inflazzjoni kien ikkaraterizzat minn punti li diġà ssemmew, punti inkonsistenti u proposti kkupjati mill-Programm Elettorali tal-Gvern.Dawn il-proposti saru biss fi tmiem il-konferenza fejn ma kien gћad fadal ebda lok gћad-diskussjoni. Jidher li Joseph Muscat ma riedx jesponi lilu nnifsu gћall-kritika gћall-fatt li dawn huma kontradittorji u kkupjati. Dan minkejja li numru kbir ta’ esponenti tal-Oppożizzjoni ddiskutew it-tema tal-inflazzjoni matul l-istess konferenza. Wieћed jista’ jistaqsi jekk l-istess kelliema kienux konxji minn dak li kien se jgћid Joseph Muscat f’isem l-Oppożizzjoni. |
| Minkejja diskors ta’ aktar minn | siegћa, Joseph Muscat ma ћareġ b’ebda proposta ġdida li mhux diġà saret jew inkella fejn diġà gћaddejja ћidma f’dak is-sens. Fost dawn il-proposti, il-Kap tal-Oppożizzjoni ssuġġerixxa li l-Gvern jaћdem biex joћloq aktar xogћol, irażżan id-defiċit, jassigura assorbiment ogћla mill-fondi tal-UE, inaqqas it-taxxi u jiggarantixxi liberalizzazzjoni bil-fatti. |
| Dawn kollha huma fiċ-ċentru | tal-ћidma tal-Gvern u r-riżultati miksuba jagћtu xhieda ta’ dan. Filfatt, Malta kienet l-aktar pajjiż b’rata ta’ ћolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel kwart tas-sena u kienet il-pajjiż bl-ogћla rata ta’ assorbiment ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea fil-perjodu finanzjarju ta’ qabel. Kien dan il-Gvern Nazzjonalista li naqqas l-income tax fl-aћћar tliet baġits, inkluż f’din il-leġislatura, u kien l-istess Gvern li gћandu l-kuraġġ jaffronta oqsma partikolarment diffiċli tal-ekonomija, fosthom dak tat-trasport, biex jiżgura li fihom ikun hemm tassew liberalizzazzjoni tas-suq u kompetizzjoni li tiffavorixxi l-konsuamtur. |
| Fir-rigward tal-ћolqien | tal-aġenzija ta’ ћarsien tal-konsumatur, hawn ukoll, proprju gћaliex din kienet wegћda ta’ qabel l-elezzjoni li gћaddiet, il-Gvern bћalissa gћaddej b’reviżjoni tal-istrutturi f’dan il-qasam u kif spjega l-istess Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt il-konferenza, mistenni jitressaq abbozz ta’ liġi gћad-diskussjoni hekk kif il-Parlament jerġa’ jitlaqqa’ wara s-Sajf. Dan proprju gћaliex ix-xogћol f’dan is-sens jinsab fi stadju avvanzat. |
| B’mod inkonsistenti, Joseph | Muscat qal li l-Gvern gћandu jindika rata massima ta’ kemm jistgћu jogћlew id-dawl u l-fuels. Dan minkejja li ftit jiem wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien qal li ma setax jagћti garanzija li se jraћћas il-kontijiet gћaliex ma setax ikun jaf kemm se jkun il-prezz taż-żejt fil-futur. Finalment, minkejja numru ta’ proposti li jfissru tnaqqis fid-dћul tal-Gvern, Joseph Muscat jikkritika lill-Gvern gћar-rata ta’ defiċit li gћandu pajjiżna u l-unika soluzzjoni li jagћti biex tkun solvuta din il-kwistjoni hija “li jkollok viżjoni”. Evidentement, din il-konferenza wriet li l-Oppożizzjoni m’gћandha ebda viżjoni. |
| Waqt l-intervent tiegћu fl-istess | konferenza, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment , l-Onorevoli Tonio Fenech spjega kif minkejja li l-pagi f’Malta gћadhom ma laћqux il-livelli li jgawdu minnhom ċertu pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna gћandu l-aktar rata baxxa ta’ taxxi fuq l-impjieg fl-Unjoni Ewropea kollha. Barra minn hekk, pajjiżna jipprovdi numru ta’ servizzi essenzjali bћas-saћћa, l-edukazzjoni u l-kura tal-anzjani mingћajr ћlas. Huwa sostna li f’dan il-mument l-priorità tal-Gvern hija s-salvagwardja u l-ћolqien tax-xogћol. Dwar l-inflazzjoni, huwa spjega kif pajjiżna jbati minn ċertu limitazzjoni fosthom id-daqs u d-distanza mill-bqija tal-kontinent Ewropew u l-fatt li aћna ma nipproduċux l-enerġija iżda l-Gvern kien qed jindirizza fejn possibbli dawk il-fatturi l-oћra li gћandhom effett fuq l-inflazzjoni u li l-Gvern gћandu element ta’ kontroll fuqhom. Din il-ћidma tinkludi t-tisћiћ tal-qafas regolatorju, inkluż l-aġenzija favur il-konsumatur, billi tingћata aktar saћћa lill-entità responsabbli mill-kummerċ ġust, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tkomplija tal-proċessi ta’ liberalizzazzjoni f’numru ta’ setturi. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986