Left arrow Go Back

JINBEDA L-PROĊESS TA’ XIRI PUBBLIKU GĦAL KUNTRATT M’OPERATUR TA’ TRASPORT PUBBLIKU RRIFORMAT

pr1246
Date Icon 17/07/2009
Il-Gvern ippublika sejħa lil organizzazzjonijietb’esperjenza fit-trasport pubbliku biex jesprimu interess biex jagħmlu offerta biex ifornu servizz riformat ta’ trasport pubbliku.
Is-sejħa għall-espressjonijiet t’interess hil-bidu tal-proċess ta’ xiri pubbliku u qed issir fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern.
Wara din is-sejħa, l-ADT tidentifika l-operaturiinteressati u eliġibbli biex tistedinhom jagħmlu l-offerta tagħhom. Din il-fażi tax-xiri pubbliku tagħlaq fil-15 ta’ Settembru 2009.
Ir-riforma fit-trasport pubbliku se tfisserservizzi ġodda u aktar faċilitajiet. Il-pubbliku se jkun moqdi aħjar b’aktar rotot mhux biss mill-Belt Valletta u lejn il-Belt iżda servizz bejn irħula u bliet oħrajn. Is-servizz il-ġdid jinkludi servizzi mgħaġġla bejn destinazzjonijiet importanti bħal Birkirkara, l-Isptar, l-Ajruport, ir-Rabat, Tas-Sliema, u parkeġġi ġodda madwar Malta b’servizzi ta’ ‘Park and Ride’. Il-ħinijiet tas-servizz tat-trasport pubbliku se jkun itwal bi frekwenza iżjed minn tal-lum u l-operatur se jkun marbut li jżomm il-kwalita’ tas-servizz jiġifieri ndafa, arja kundizzjonata fil-vetturi, l-attitudni u ż-żamma tal-uniformi tax-xufiera. Ir-riforma tfisser ukoll l-aġġornament tal-flotta tal-karozzi tal-linja li jkunu jniġġżu anqas.

Dawk l-organizzazzjonijiet interessati li joffru dan is-servizz għandhom jiġbru l-informazzjoni mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, Sa Maison Road, Floriana jew billi jidħlu fis-sit www.maltatransport.com/reform.  

Id-data tal-għeluq biex wieħed jesprimil-interess tiegħu hija l-15 ta’ Settembru, 2009.
Aktar tard, f’Ottubru, tkun ippubblikata s-sejħapropja għall-offerti u jkunu jistgħu japplikaw għalih dawk biss li wrew l-interess tagħhom f’din is-sejħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow