IL-PUBBLIKAZZJONI DICTIONARY OF MALTESE BIOGRAPHIES IPPREŻENTATA LILL-PRESIDENT GEORGE ABELA, FIL-PALAZZ TA' SANT ANTON
pr1244
17/07/2009
| Illum, is-Sur Michael Schiavone ippreżenta l-pubblikazzjoni | ‘Dictionary of Maltese Biographies’ lill-President George Abela fil-Palazz ta’ San Anton. Dan id-dizzjunarju, li ġie ppubblikat minn Pubblikazzjonijiet Indipendenza - PIN ftit ġimgħat ilu, jikkonsisti fi 3,500 bijografija ta' Maltin maqsum f'żewġ volumi ta' 1,800 paġna. |
| L-awtur spjega lill-President Abela f’hiex | jikkonsisti dan ix-xogħol tiegħu u kif inhu imqassam. Dan id-dizzjunarju jinkludi għadd ta' Maltin li taw kontribut f'diversi oqsma tal-ħajja Maltija matul is-sekli. Il-bijografiji jmorru lura għas-seklu tnax, imma l-parti l-kbira minnhom huma tas-seklu għoxrin. |
| Il-President George Abela wera interess f'dan | ix-xogħol ta' riferenza u rringrazzja lil Michael Schiavone għal dan ix-xogħol tiegħu. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986