STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
pr1243
17/07/2009
| Il-Kumitat Parlamentari | tal-Affarijiet Soċjali jżur il-YMCA drop-in centre fi Triq Merkanti, Valletta. Din iż-żjara tikkumplimenta d-diskussjonijiet u l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport tal-Kumitat intitolat ‘Il-ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu’. |
| Minkejja li l-YMCA hija | magħrufa bħala l-unika organizzazzjoni bil-għan li toffri akkomodazzjoni temporanja għal persuni bi problemi soċjali li jispiċċaw bla dar, il-YMCA toffri wkoll numru sostanzjali ta’ servizzi soċjali oħrajn li bla dubju jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuna. Permezz ta’ servizzi komprensivi li jieħdu ħsieb l-assistenza kompleta tal-persuna, il-professjonisti tal-YMCA jgħinu lill-klijenti tagħhom jerġgħu jiksbu l-fiduċja fihom infushom. Barra minn hekk, il-YMCA qed tkun pont bejn is-servizzi soċjali tal-Istat u l-klijenti. Madanakollu, qed isir kull sforz sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali tal-Istat, isiru reżiljenti, jagħrfu l-potenzjal tagħhom u jitgħallmu jkunu indipendenti. Il-klijenti ta’ din l-organizzazzjoni jiġu riferuti minn diversi aġenziji statali u oħrajn mhux governattivi. L-aktar fatturi komuni li jwasslu biex dawn il-persuni jfittxu l-għajnuna tal-YMCA huma d-degradazzjoni ekonomika, il-problemi familjari, l-abbuż u d-dipendenzi fuq sustanzi, kif ukoll problemi ta’ saħħa mentali. |
| Il-Membri tal-Kumitat semgħu | kif is-servizzi tal-YMCA jikkumplimentaw is-servizzi tal-Istat. U għalhekk l-Istat jirrikonoxxi dan permezz ta’ assistenza finanzjara, li flimkien ma’ donazzjonijiet mis-soċjetà in ġenerali, jagħmlu l-operat tal-YMCA possibbli. Madanakollu, l-amministrazzjoni tal-YMCA kontinwament tkun f’diskussjoniet mal-awtoritajiet sabiex jingħelbu diffikultajiet finanzjarji u jkun garantit il-kontinwazzjoni tas-servizzi. Ġie diskuss ukoll ir-rwol importanti tal-volontarjat fi ħdan l-organizzazzjoni, il-benefiċċji tal-allokazzjoni ta’ studenti f’livell terzjarju ma’ għaqdiet mhux governattivi, l-użu ta’ fondi Ewropej bħal EU deprived food aid scheme u l-qsim ta’ prattiċi tajbin ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. |
| B’sodisfazzjon, il-Membri | tal-Kumitat innutaw stejjer ta’ suċċess li l-professjonisti tal-YMCA rnexxielhom jiksbu mal-klijenti tagħhom. Ewlenin fost dawn insibu tfal, li bla ħtija kienu spiċċaw vittma tal-problemi soċjali tal-adulti. Dawn l-istess tfal huma l-aktar vulnerabbli li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni, bi probabilità li jmorru ħażin fl-iskola, li jkollhom kwalità ta’ saħħa mhux tajba, u li ma jipparteċipawx fil-ħajja soċjali. Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ngħata r-rapport tal-ħidma soċjali tal-YMCA għas-sena 2008. |
| Il-Membri tal-Kumitat dwar | l-Affarijiet Soċjali preżenti estendew invit lill-amministrazzjoni tal-YMCA għal aktar diskussjonijiet fil-futur. Il-Membri preżenti għal din iż-żjara kienu l-Onor Edwin Vassallo, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986