Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: IL-KAP LABURISTA JURI L-INKOMPETENZA TIEGĦU U TAL-KONSULENTI TIEGĦU

PR1708
Date Icon 10/11/2008
Il-konsulenti anonomi tal-PartitLaburista reġgħu ħarġu b’pariri żbaljati u l-Onor. Joseph Muscat irrispekkja l-inkompetenza tagħhom fid-diskors li għamel illum fil-Parlament.
Il-kritika ta’ Dr Joseph Muscatdwar il-kontijiet tal-elettriku u l-ilma kienet premessa fuq il-kalkolu żbaljat li r-rati li introduċa l-Gvern jiġu qishom surcharge bis-sistema l-antika t’aktar minn 190%. Din hi ċifra fantastika u m’hux ta’ b’xejn li Dr Joseph Muscat ma ppubblikax l-aritmetika li waslitu għaliha. Il-verità hi li t-tariffi l-ġodda li kellhom ikunu applikati skond il-formula l-antika tas-surcharge jiġu jfissru surcharge ta’ madwar 125%. Dan hu sostanzjalment anqas mis-surcharge li kieku kienu jħallsu l-konsumaturi f’Ottubru 2008 li kellha tkun ta’ 160% maħduma fuq il-prezz reali taż-żejt tax-xhur li għaddew. Minflok il-Gvern raħħas din l-ispiża għall-konsumaturi minħabba l-indikazzjonijiet tal-prezz taż-żejt għall-futur.
Mill-bidu ta’ din il-premessatotalment żbaljata ta’ Dr Joseph Muscat, jaqgħu l-konklużjonijiet fażulli kollha li ġibed dwar it-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma.
Per eżempju meta kkalkula kemmser tħallas residenza biex tikri servizz 3-phase, Dr Joseph Muscat esaġera l-istima tiegħu b’aktar minn erba’ darbiet ir-realtà.
Imbagħad Dr Joseph Muscat kellul-kuraġġ jirrakomanda lill-Gvern li jimplimenta l-bidla fit-tariffi kif kien għamilha l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista fl-1997 meta dak il-proċess kien rikonoxxut mill-Partit Laburista stess bħala falliment manifest.
Ċertament dan il-parir ġej minnnuqqas t’informazzjoni li wera li għandu Dr Joseph Muscat. Dan deher per eżempju meta Dr Joseph Muscat qal li l-Gvern ma qalx x’kienu l-prezzijiet taż-żjut li wasslu l-Gvern għat-tariffi l-ġodda. Dan kien assolutament m’hux minnu u dan jixhduh il-membri ta’ l-MCESD, il-ġurnalisti li saritilhom preżentazzjoni f’diversi konferenzi tal-aħbarijiet, u l-esponenti tal-Partit Laburista li bagħat minfloku Dr Joseph Muscat meta l-Gvern stiednu biex jingħata l-informazzjoni kollha dwar is-suġġett. Minflok Dr Joseph Muscat mar ġita u qabel id-diskors tal-lum ma qarax in-noti li għamlulu sħabu.
Fuq kollox la Dr Joseph Muscatbeda jikkwota siti fuq l-Internet, seta’ faċilment iniżżel iċ-ċifri li qed jgħid li l-Gvern ma ppubblikax li ilhom ġimgħat sħaħ fuq is-sit fuq l-Internet tal-Gvern.
L-istess preżentazzjoni kienetturih li żbaljat fl-impressjoni tiegħu li l-inefiċċjenzi tal-Enemalta ma ġewx awditjati jew li dawk l-inefiċċjenzi qegħdin fit-tariffi. L-istess preżentazzjoni kienet turih li l-‘proposta’ li għamel biex ikun hemm tariffa orħos għall-konsum ta’ l-elettriku bil-lejl mill-industriji diġà teżisti u ilha teżisti.
Imbagħad seta’ kkonferma ftitfatti bażiċi qabel tkellem bl-amment bħall-‘proposta’ tiegħu li l-impjanti tar-reverse osmosis jibdew jaħdmu bil-lejl meta diġà hekk jagħmlu. Jew il-‘proposta’ tiegħu li jkun ikkontrollat aktar is-serq ta’ l-elettriku meta l-Enemalta diġà kkuntrattat meters ġodda u aktar sofistikati biex jagħmlu appuntu dak li qed jipproponi. Messu kien jaf ukoll li wara l-amnestija fuq is-serq tal-elettriku fl-2006, inġabru aktar minn miljun ewro f’arretrati u naqas sostanzjalment is-serq.
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jirreferi wkoll għal rimarki ta’ Dr Joseph Muscat rigward il-MITTS u jesprimi sogħba għall-isfiduċja li Dr Joseph Muscat iddikjara fil-Korp tal-Pulizija li fil-preżent qed jinvestiga l-każ li qed jirreferi għalih il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Minflok il-Pulizija, l-Onor. Joseph Muscat irid lil xi ħadd ieħor jinvestiga u ma jgħidx ‘il min irid.
Iżda hu aktar preokkupanti lifrott inkompetenza u konfużjoni totali tal-fatti Dr Joseph Muscat jipprova jnissel dubji fost il-pubbliku dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data li huma diġà mħarsa b’salvagwardji istituzzjonali u legali indipendenti u awtonomi mill-Gvern. Hu bil-fors frott l-inkompetenza li Dr Joseph Muscat illum ħallat infrastruttura t’identità elettronika ma’ sistema tal-email. Li Dr Joseph Muscat inissel dubji fil-karti ta’ l-identità elettroniċi hu kapriċċ politiku li ma jagħti kas xejn l-interess tal-Maltin li jkollhom sistema avvanzata ta’ identità elettronika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow