Left arrow Mur Lura

GASTRO GOZO 2008 - ATTIVITAJIET TA’ FESTA TA’ IKEL TIPIKU MEDITERRANJU

PR1704
Date Icon 10/11/2008
Ġew fi tmiemhomattivitajiet ta’ festa ta’ ikel tipiku Mediterranju marbuta ma’ l-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja li ġiet imtella’ għall-ewwel darba f’Għawdex.
Il-Gastro Gozo 2008,ġie organizzat mill-Kunsill Għawdxi għall-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ l-Associazione Tipico ta’ Abruzzo, fl-Italja.  Din l-inizjattiva, li kienet l-ewwel ta’ dan it-tip fuq il-gżira ta’ Għawdex, wasslet biex għaqqdet flimkien kokijiet, produtturi ta’ prodotti tipiċi, operaturi turistiċi u amministraturi miż-żewġ reġjuni, li flimkien fi tmiem il-ġimgħa, kienu qed jippromwovu l-prodotti gastronomiċi tipiċi taż-żewġ reġjuni.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ, li kienet ippresedutamill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, bdiet b’kunċert fil-Katidral ta’ Għawdex mill-kor Għawdxi Chorus Urbanus.  Saret ukoll rappreżentazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, filwaqt li ġiet inawgurata wirja ta’ skultura ta’ Paolo Spoltore, artist minn Abruzzo.
Waqt li kienet qedtinawgura dan il-festival gastronomiku fiċ-Ċentru għall-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella, l-Onor. Giovanna Debono, qalet li din l-inizjattiva tingħaqad mal-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Hija awgurat li din l-okkażjoni sservi biex tqanqal kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn Għawdex u r-reġjuni tal-Abbruzzo u l-Veneto. Hi semmiet kif diġà jeżistu ġemellaġġi bejn lokalitajiet f’dawn ir-reġjuni li permezz tagħhom jiġu promossi oqsma bħal ma huma dawk ambjentali, turistiċi, il-wirt storiku u s-saħħa billi jiġu adottatti stili ta’ ħajja aktar tajbin.
Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ, tkellmu wkoll il-Presidenttal-Associazione Tipico ta’ Abruzzo u l-President tal-Comune di Venezia.
Saret ukoll konferenza bit-temaNevitaw l-obesità permezz ta’ Dieta Mediterranja, li fiha pparteċipaw kelliema lokali u barranin fosthom in-nutrizzjonista Taljan Dr. Corrado Pierantoni u l-antropologu Malti Dr Ray Debono Roberts. Matul din il-konferenza, l-Onor. Giovanna Debono stqarret li din l-attività tippromwovi l-awtentiċità tal-ġenwinità tal-prodott tipiku f’dinja globalizzata li ħafna drabi tippromwovi l-konumiżmu mingħajr ma’ tirrispetta biżżejjed il-prodott artiġjanali. Hija faħħret l-inizjattiva ta’ din il-konferenza li matulha esperti gastronomiċi ddiskututew il-ġenwinità u l-produzzjoni ta’ ikel tipiku tar-reġjuni mediterranji.
L-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja ġiet fitmiemha b’ikla speċjali f’Palazzo Palina, f’Ta’ Ċenċ, fejn għaxra mill-aqwa kokijiet mir-reġjuni ta’ Abruzzo u Veneto ppreparaw esperjenza gastronomika unika għall-mistednin li attendew.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow