Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TA’ PITTURA ASTRATTA "DIARIES OF EXISTENCE" TA’ MARK SAGONA FIL-MUŻEW NAZZJONALI TAL-ARTI, IL-BELT VALLETTA - IL-ĠIMGĦA,  7 TA’ NOVEMBRU 2008.

PR1699
Date Icon 07/11/2008
Wirjiet bħal din tal-lejla, jiftħu tieqa beraħfuq il-ħiliet taż-żgħażagħ Maltin u l-espressjoni artistika.
Huwa ta’ inkoraġġiment kbir meta nara żgħażagħbħal Mark Sagona jiżviluppaw it-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom u jiksbsu s-suċċessi fil-karrieri tagħhom.
Din l-esibizzjoni tkompli żżied mas-suċċessi lirnexxielu jikseb Mark f’dawn l-aħħar snin.  Minbarra numru ta’ wirjiet ġewwa Malta u Għawdex, Mark ukoll kellu l-opportunità li jesibixxi ġewwa l-Italja.
Ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Mark ġibdul-attenzjoni ta’ ħafna, fosthom barranin, u għandu numru ta’ xogħlijiet esposti barra minn Malta.  Bħal Mark Sagona hawn ħafna artisti ta’ kull età li jaħdmu b’media differenti li huma ambaxxaturi għal pajjiżna fid-dinja tal-arti u l-kultura.  Pajjiżna għandu jfaħħar il-kontribut li jagħtu l-artisti u jagħtihom kull appoġġ.
Nemmen li żgħażagħ bħal Mark jistgħu jkunuxempju għal żgħażagħ oħrajn biex ikomplu jinvestu u jiżviluppaw it-talenti tagħhom.  Mark għaraf l-importanza tal-istudju u r-riċerka għax kompla jistudja l-arti fl-Università ta’ Malta sal-livel ta’ Masters.  Fid-dinja globalizzata tal-lum li qegħdin ngħixu fiha, l-istudju u t-tagħlim huma essenzjali għaż-żgħażagħ.  Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li nara x’qed toffri bħala riżultati s-sistema edukattiva Maltija.  Huwa fuq dan il-potenzjal taż-żgħażagħ li l-Gvern jemmen u jrid jibni l-ġejjieni għal pajjiżna.
Mark ukoll għamel riċerka estensiva fuqxogħlijiet ta’ arti tal-passat li qabel ma kienux magħrufa.  Bir-riċerka nkomplu nsaħħu l-identità u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, li huma tant importanti għat-turiżmu u biex insiru nafu nwieġbu għal mistoqsija “aħna min aħna”.
Bl-arti astratta, li qed naraw il-lejla nibdewnagħmlu ħafna mistoqsijiet lilna nfusna:  x’messaġġ ried iwassal l-artist?  Il-messaġġ hu l-istess għal kulħadd?  Fejn ried jasal?  X’kellu f’moħħu?  Il-messaġġ hu suġġettiv jew oġġettiv?  L-arti astratta tgħin biex nagħrblu, nistaqsu u nkunu kreattivi.  Bl-arti astratta li għandna quddiemna qed tiġi stimulata aktar il-kreattività u l-proċess ta’ ħsieb.  Dan hu kontribut ieħor li jagħtu l-artisti f’pajjiżna u lill-poplu.
Filwaqt li nifraħlek għal din il-wirja,nawguralek għall-futur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow