ESTIŻ IL-PERIJODU TAN-NOTIFIKAZZJONI TA’ BOREHOLES
Wara li l-bieraħ għalaq il-perijodu stabbilit għan-notifkazzjoni ta’ boreholes, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali javza li wara li evalwa talba li saret mill-għaqdiet tal-bdiewa, id-data tal-għeluq ġiet estiża sal-20 ta’ Novembru 2008 skond l-Avviż Legali LN274/2008 maħruġ illum is-7 ta’ Novembru 2008.
Il-Ministeru jfakkar li l-applikazzjoni trid tintela minn perit u tista’ tinkiseb mis-sit eletroniku www.mra.org.mt. Man-notifika tas-sors tal-ilma ta’ taħt l-art għandu jsir il-ħlas ta’ Ewro 230 lill-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi.
L-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi tavża li l-applikazzjonijiet għandhom jintlew b’mod sħieħ u korrett, wara li fil-ġranet li għaddew numru ta’ apllikazjonijiet kellhom jintbagħtu lura minħabba xi żbalji misjuba fl-applikazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en