Prova li l-U.E. qed tgħaddi mill-kliem għall-fatti dwar l-immigrazzjoni illegali
PR1694
07/11/2008
| Il-Kummissjoni Ewropea dal-għodu ħabbret li | kienet approvat il-programm tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għas-snin 2008-2013. Il-valur ta’ dan il-programm fuq ħames snin ser ilaħħaq l-€4.8 miljuni. |
| Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern jilqa’ | din id-deċiżjoni bħala pass importanti li tixhed il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed tagħraf il-bżonn ta’ aktar solidarjetà ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi kbar minħabba l-immigrazzjoni illegali. |
| “Dan huwa żvilupp xieraq, speċjalment fid-dawl | tal-iffirmar tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Issa li wasalna fl-istadju li nibdew naqilbu il-kliem ta’ dan il-Patt f’fatti tanġibbli, l-aħbar tal-lum hija prova ċara ta’ din id-direzzjoni politika li permezz tagħha l-Unjoni Ewropea qed taġixxi favur pajjiżi bħal tagħna,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici. |
| Il-Kummissjoni Ewropea dal-għodu ħabbret ukoll | li kienet approvat ukoll il-programm ta’ dan il-Fond għas-sena kurrenti. Fost il-proġetti li ser ikunu qed jitwettqu fih hemm it-tisħih infrastrutturali taċ-Ċentru Miftuħ fil-Marsa, kif ukoll il-finanzjament għall-għoti ta’ servizzi essenzjali fl-imanniġġjar taċ-ċentri għaż-żamma tal-immigranti illegali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en