Titkompla d-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni illegali fil-Core Group tal-MEUSAC fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern
PR1693
07/11/2008
| Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern | dal-għodu laqa’ għandu l-Core Group tal-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSAC) biex jagħti preżentazzjoni dettaljata dwar l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna lill-membri ta’ dan il-kumitat. |
| Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti ic-Chairman | tal-Core Group tal-MEUSAC l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u Dr. Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC. Din il-laqgħa saret wara li kienet saret laqgħa tal-Core Group li kienet tittratta l-Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni fis-26 ta’ Settembru, 2008. |
| F’indirizz qasir qabel il-bidu | tal-preżentazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, qal li l-immigrazzjoni illegali hija waħda mill-akbar sfidi li għandu quddiemu pajjiżna. “M’hemmx ċavetta waħda biex din l-isfida tissolva. Huwa għalhekk li l-ħidma tagħna hija mifruxa fuq diversi fronti – mhux l-inqas l-enfażi tagħna biex l-Unjoni Ewropea tagħmel sforzi akbar biex jinstabu soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi b’mod solidali u ko-ordinat,” qal il-Ministru. |
| Għalkemm ittrattat l-aspetti kollha | tal-immigrazzjoni illegali f’Malta, il-preżentazzjoni iffukat fuq l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta f’dan il-qasam, il-politika li qed titħaddem mill-Gvern u x’qed isir mal-Unjoni Ewropea biex jigu indirizzati l-isfidi li jippreżenta dan il-fenomenu għal pajjiżna. |
| Ta’ min jgħid li għalkemm il-Patt dwar | l-Immigrazzjoni u l-Ażil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea poġġa l-pedament għal politika komuni għal dawn l-oqsma u qed jintroduċi mekkaniżmu biex il-piż ta’ l-immigrazzjoni illegali jinqasam bejn is-27 stat membru, Malta diġà kienet qed tisfrutta l-opportunitajiet ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea għal dan il-qasam. |
| Fost dawn hemm proġett ġdid li beda jitħaddem | din il-ġimgħa, imsejjaħ Co-ordination and Provision of Welfare Services in Closed Centres li għandu l-għan li jgħati training lill-immigranti waqt li dawn ikunu qed jinżammu f’detenzjoni. Il-proġett li għandu valur ta’ madwar €385,000 qed jiġi ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt item tal-Fond ta’ Emerġenza imsejjaħ Solidarity in Action. |
| L-ewwel kors li beda jingħata fiċ-ċentru ta’ | detenzjoni ta’ Lyster, f’Ħal Far qed jiffoka fuq l-orjentazzjoni kulturali. Korsijiet sussegwenti ser iħarrġu lill-immigranti fil-lingwi u l-isport. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en