Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni jniedi l-Milied Mellieħi organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

PR1692
Date Icon 07/11/2008
Waras-suċċess li kisbet l-attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali Mellieħa ‘Iljieli Mellieħin’ f`Settembru li għadda, ġie deċiż li għal żmien il-Milied, terġa` tiġi esperimentata attivita’ oħra ġdida bl-isem ta` ‘Milied Mellieħi’. Din l-attivita’ se tieħu l-forma ta’ Christmas Market u ser tiġi organizzata bejn id-19 u s-26 ta` Diċembru fil-Pjazza prinċipali tal-Mellieħa, taħt tinda kbira li se tintrama apposta.
Din l-attivita’ ġiet imnedija mis-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said u s-Sindku tal-Mellieħa, s-Sur Robert Cutajar.  Chris Said faħħar din l-inizjattiva u qal li bix-xogħol tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed joħloq vetrina għat-talenti lokali u għad-drawwiet u tradizzjonijiet tagħna.
Tul din il-ġimgħa kollha, se jkunu diversil-attrazzjonijiet li se jispikkaw fosthom l-ikel tradizzjonali tal-Milied, żona ddedikata għat-tfal, kif ukoll spettaklu mużikali kull filgħaxija fuq il-palk prinċipali dejjem taħt it-tinda. It-tinda tiftaħ kuljum mis-6.00 ta` filghaxija ‘l quddiem bl-eċċezzjoni tal-Ħadd 21 ta` Diċembru, fejn tkun miftuħa tul il-jum kollu. Fil-jum tal-Ħadd ukoll, wara nofs in-nhar ser tiġi organizzata l-fiera tradizzjonali b`numru ta` rigali sbieħ x`jintrebħu.
Minbarra l-ikel ux-xorb tradizzjonali marbuta ma` dawn iż-żminijiet tal-festi, waqt din l-attivita’ ta’ ‘Milied Mellieħi’, wieħed se jkollu wkoll għażla minn tiġieġ, dundjani, qagħaq ta` l-ghasel, mince pies, kejkijiet tal-milied, imbuljuta, malt wine u kokotina fost ohrajn.
Tispikka l-parteċipazzjonital-British Residents’ Association, li se jkunu qegħdin jippreparaw ikel tradizzjonali Ingliż, fosthom toffee apples għat-tfal.  Il-Kunsill Lokali Mellieħa ħa ħsieb ukoll li għal din l-okkażjoni tinġieb chef mill-Awstrija li tispeċjalizza fuq l-Apple Strudel.  Fi kċina armata apposta, se tkun qed tagħti dimostrazzjoni gastronomika lil dawk preżenti ta` kif issir tradizzjonalment din ir-riċetta sinonima ma’ zmien il-Milied. Wara l-quddiesa ta` nofs il-lejl, kmieni f’Jum il-Milied, wieħed se jkun jista’ jieħu breakfast taħt it-tinda.
Dawk kollha lijattendu se jkollhom iċ-ċans ukoll li jixtru pjanti u rigali oħra bi prezzijiet speċjali waqt bazaar li se jkun hemm għall-okkażjoni.  Dan minbarra  wirjiet u bejgħ ta` artiġġjanat maħdum bl-idejn minn għaqdiet tal-lokal.
L-aspett reliġjuż ukoll se jkun preżenti tul dinil-ġimgħa.  Ser tittella’ wirja tal-presepji u se jkun hemm kant tradizzjonali tal-Milied.  Attrazzjoni oħra f’Lejliet il-Milied se jkun il-presepju ħaj armat viċin il-knisja biex jitgawda minn nies li jkunu deħlin il-knisja għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.
L-Onor. Chris Said qal li l-Gvern jemmenbis-sħiħ li kull lokalita’ f’Malta u Għawdex għandha l-potenzjal li tkun destinazzjoni turistika imma biex dan iseħħ, irid ikun hemm l-isforz ta’ kulħadd biex jittellgħu attivitajiet bħal dawn.  Attivitajiet li jsiru parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna u jgħollu l-kwalita’ tal-pajjiż bħala destinazzjoni turistika anke fir-rigward tat-turiżmu lokali.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid lil-identitajiet u d-distinzjonijiet tal-lokalitajiet għandna nħarsu lejhom bħala vantaġġ.  U dan il-vantaġġ għandhu jittieħed b’mod sostenibbli, b’mod soċjali, kulturali u ambjentali tal-lokalita’.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow