IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN ISSA MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU BL-GĦAN LI JIKBER L-GĦARFIEN DWAR L-IMPORTANZA TAS-SERVIZZI OFFRUTI LIĊ-ĊITTADIN
PR1690
07/11/2008
| Numru kbir ta’ | Maltin qed jagħmlu użu mill-Ambaxxati |
| Kien grupp ta’ studenti mill-Kulleġġ San Alwiġi | li attenda għall-ftuħ ta’ esebizzjoni permanenti fi ħdan il-bini li minnu jopera l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jiġifieri, Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti fil-belt Valletta. |
| Din l-esibizzjoni se tkun miftuħa | għall-pubbliku. Gruppi ta’ persuni interessati fix-xogħol li jwettaq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jistgħu jattendu għal din l-esebizzjoni, fejn ukoll tingħata spjegazzjoni dwar din il-ħidma minn desk officers fi ħdan il-Ministeru. |
| L-istudenti tar-raba’ sena sekondarja kellhom | ukoll l-okkażjoni li jiltaqgħu u jkunu indirizzati mil-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg. Huwa spjega li l-miri tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huma varji. Fosthom insibu li kull ċittadin Malti jħossu komdu u moħħu mistrieħ li għandu l-għajnuna tal-Gvern f’każ ta’ xi saram meta jkun imsiefer, kemm fuq xogħol kif ukoll waqt btala. |
| Il-Ministru Tonio Borg semma wkoll ir-rwol | importanti ferm li kellhom l-Ambaxxaturi Maltin u l-ħaddiema kollha tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin sabiex f’ Malta se jitwaqqaf l-uffiċċju ta’ koordinament bejn l-Unjoni Ewropea u il-Lega Għarbija hekk kif ġie deċiż minn 43 pajjiż li jiffurmaw l-Unjoni tal-Mediterran. Minbarra dan, wieħed minn ħames Segretarji Deputati fi ħdan l-istess Unjoni se jkun Malti. Dan għandu jwassal għal vuċi iktar soda ta’ Malta fil-fora internazzjonali. |
| Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, 700 Malti u | Għawdxi rrikorrew għall- għajnuna mill-24 ambaxxata li Malta għandha mifruxin madwar id-dinja waqt li kienu għal btala. Ir-raġunijiet prinċipali kienu dwar serq ta’ passaporti jew flus, mard, żwieġ u mwiet, inċidenti relatati ma’ trasport, ħruġ ta’ visas u adozzjoni ta’ tfal. B’kollox kien hemm 5 każijiet ta’ żwieġ u 10 każijiet ta’ mwiet. L-ambaxxati jkollhom ukoll numru konsiderevoli ta’ talbiet għal għajnuna minn Maltin li jiksru l-liġi f’pajjiż ieħor bħal ċitazzjonijiet ta’ trasport. |
| Kien | hemm ukoll ‘il fuq minn 1,800 kuntatt bejn Maltin li jaħdmu barra u l-Ambaxxati Maltin fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena. Ir-raġunijiet kienu ta’ ċittadinanza, pensjonijiet u visas. Fl-Ingilterra, ikun hemm ukoll madwar 500 kuntatt fix-xahar bejn Maltin li matul iż-żmien ibbażaw ruħhom f’dan il-pajjiż u l-Ambaxxata Maltija f’Londra. |
| F’din l-esibizzjoni wieħed jingħata tagħrif mhux | biss dwar kif inhu strutturat il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iżda wkoll dwar is-servizzi li joffru id-Dipartiment tal-Protokoll u dak tal-VISA. Dawn huma servizzi li l-Maltin qed jużaw ferm iktar minn qatt qabel u għalhekk huwa importanti li wieħed jitgħallem fuqhom. |
| L-istudenti kellhom ukoll il-possibiltà li jżuru | l-uffiċċju personali tal-Viċi Prim Ministru Tonio Borg, liema uffiċċju kien ukoll jintuża minn Napuljun Bonaparte meta dan kien għal waqfa f’Malta mit-12 sat-18 ta’ Ġunju 1798. |
| L-informazzjoni li wieħed isib f’din | l-esibizzjoni se tkun tista’ wkoll titniżżel mis-sit ġdid tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li se jkun mniedi fi ftit jiem. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en