Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-ministeru tal-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport bħala tweġiba ghall-istqarrija mill-onor. Evarist bartolo

PR1687
Date Icon 06/11/2008
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħu Sport innota l-istqarrija tal-Onor. Evarist Bartolo li fiha qed jilmenta li hemm dewmien biex tkun deċiża l-kwestjoni tal-kuntratti dwar il-korsijiet tal-ICT għall-istudenti tal-MCAST u jixtieq jippreċiża li kien proprju l-Onor. Bartolo li talab lill-Pulizija tinvestiga allegazzjonijiet li ressaq hu dwar dan il-kuntratt, liema investigazzjonijiet għadhom mhux konklużi.
Kuntrarjament għal dak li qal Evarist Bartolofl-istqarrija tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija illum stess reġa’  kkonferma ma’ uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ, mitluba mill-Onor. Bartolo nnifsu, għadhom mhux konklużi.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jixtieq jassiguralill-istudenti li s’issa għad ma kellhomx ċans jibdew il-korsijiet u lill-ġenituri tagħhom, li għandhom garanzija mill-MCAST li huma se jingħataw l-istess trattament u sigħat ta’ tagħlim bħal sħabhom li diġa’ bdew. Dan qed jingħad biex kulħadd ikun jaf min wassal għal din is-sitwazzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow