Stqarrija mill-ministeru tal-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport bħala tweġiba ghall-istqarrija mill-onor. Evarist bartolo
PR1687
06/11/2008
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ | u Sport innota l-istqarrija tal-Onor. Evarist Bartolo li fiha qed jilmenta li hemm dewmien biex tkun deċiża l-kwestjoni tal-kuntratti dwar il-korsijiet tal-ICT għall-istudenti tal-MCAST u jixtieq jippreċiża li kien proprju l-Onor. Bartolo li talab lill-Pulizija tinvestiga allegazzjonijiet li ressaq hu dwar dan il-kuntratt, liema investigazzjonijiet għadhom mhux konklużi. |
| Kuntrarjament għal dak li qal Evarist Bartolo | fl-istqarrija tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija illum stess reġa’ kkonferma ma’ uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ, mitluba mill-Onor. Bartolo nnifsu, għadhom mhux konklużi. |
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jixtieq jassigura | lill-istudenti li s’issa għad ma kellhomx ċans jibdew il-korsijiet u lill-ġenituri tagħhom, li għandhom garanzija mill-MCAST li huma se jingħataw l-istess trattament u sigħat ta’ tagħlim bħal sħabhom li diġa’ bdew. Dan qed jingħad biex kulħadd ikun jaf min wassal għal din is-sitwazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en