Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURUALI - Temp tajjeb ġab żieda fil-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix

PR1686
Date Icon 06/11/2008
Temptajjeb ġab żieda fil-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix
Il-produzzjonital-għelejjel (uċuħ tar-raba’) Maltin tiddependi ħafna fuq l-andament tal-klima ta’ kull staġun.
Minħabba t-tibdiltal-istaġuni s-sena li għaddiet il-qata’ tal-produzzjoni tal-frott irqiq (bħal ħawħ u nuċiprisk) kienet baxxa, kawża ta’ dan din is-sena l-annata (il-qata’) kienet  ferm aktar għolja. Dan ġab volum aktar ta’ frott fis-suq u għaldaqastant il-prezz tbaxxa. Minn dan il-fattur ibbenefika l-konsumatur.
Fejn jidħlu l-ħxejjex,il-produzzjoni tiddependi wkoll fuq l-istaġun ta’ matul it-tkabbir tal-uċuħ tar-raba’. F’dan il-każ il-produzzjoni tal-patata kienet tajba u apparti li ġiet esportata parti minn dan il-prodott, xorta kien għad baqa’ volum qawwi biex iservi għad-domanda tas-suq lokali.  Għalhekk il-prezz fil-pitkalija kien xi ftit aktar baxx mis-sena l-oħra. Dan kien ukoll ta’ benefiċċju għall-konsumatur. Din is-sena l-volum ta’ produzzjoni tal-patata kien 73% iktar mis-sena li għaddiet.
Dan juri kemm hemmil-ħtieġa  u kemm il-Gvern qed jagħti direzzjoni tajba, biex il-bdiewa jingħaqdu f’għaqdiet tal-produtturi sabiex ikollhom bejgħ dirett u jkun  hemm pjan ta produzzjoni mfassal għall-bżonnijiet tas-suq lokali u b’hekk id-dħul tagħhom ma jkunx jiddependi fuq jekk hemmx produzzjoni  żejda jew nieqsa fil-pitkalija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow