Budget 2009: Bit-titjib fil-prodott turistiku nistgħu nkomplu nsaħħu t-turiżmu lejn pajjiżna
PR1685
06/11/2008
| “Il-budget imħabbar | mill-Gvern għas-sena d-dieħla qiegħed jinvesti bi sħiħ fit-titjib tal-prodott turistiku b’total ta’ €120 miljun li se jintużaw f’diversi proġetti f’żoni turistiċi, inkluż titjib ta’ faċilitajiet u bajjiet, għaliex huwa titjib bħal dan li se jgħinna nibqgħu kompetittivi f’suq turistiku internazzjonali li qiegħed dejjem jinbidel.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco meta iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-GRTU, bħala waħda mil-laqgħat li qed ikollu mal-operaturi fis-settur turistiku, wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla. |
| Huwa għamel | referenza għall-problemi internazzjonali li qed jaffettwaw pajjiżi li minnhom jiġu ammonti kbar ta’ turisti lejn pajjiżna u nsista li huwa ferm importanti li nibqgħu kompetittivi. |
| “Il-politika tagħna | hija dik li nibqgħu ninvestu, kemm biex inżidu u nvarjaw l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna, kif ukoll b’investiment qawwi fil-prodott sabiex nkomplu nibnu fuq dak li għamilna s’issa.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari de Marco elenka diversi proġetti li hemm ippjanati, fosthom l-upgrading tax-xtajta f’Tas-Sliema, tisbiħ fil-Qawra u f’San Pawl il-Baħar, u l-visitor attraction fil-Qawra. |
| Huwa kkonkluda billi | saħaq li filwaqt li huwa importanti li jsir dan l-investiment kollu min-naħa tal-Gvern u l-awtoritajiet, il-partijiet kollha nvoluti fil-qasam turistiku – inklużi s-sidien tal-ħwienet u l-impjegati tagħhom – għandhom responsabbiltà kbira li jaraw li min iżurna, jingħata esperjenza pożittiva u jingħata wkoll valur tajjeb għall-flus li qed jonfoq sabiex għazel li jiġi Malta għall-btala tiegħu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en