Left arrow Mur Lura

Budget 2009: Is-settur tat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin - niċċa importanti fl-industrija turistika ta’ pajjiżna

PR1683
Date Icon 06/11/2008
“Il-budgetimħabbar mill-Gvern għas-sena d-dieħla kompla jindirizza s-settur tat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin bħala parti importanti min-niċeċ differenti li jiffurmaw l-industrija turistika ta’ pajjiżna.” Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco qal dan f’laqgħa mal-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż (FELTOM), bħala waħda mis-sensiela ta’ laqgħat li qed isiru mal-operaturi fis-settur turistiku wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Huwa għamelreferenza għall-problemi internazzjonali li qed jeffettwaw dan is-settur tant kruċjali għall-gżejjer Maltin u insista li huwa ferm importanti li t-turisti li jżuruna – inklużi dawk li jiġu hawn sabiex jitgħallmu l-Ingliż – jaraw valur miżjud għall-flus li jonfqu biex jiġu fostna.
“Il-politika tagħnahija dik li nkomplu nħeġġu sabiex pajjiżna jibqa’ jkun ċentru fejn il-barranin jiġu jitgħallmu l-Ingliż minn organizzazzjonjiet professjonali, f’ambjent sabiħ, f’sigurtà u fuq kollox fejn nuruwhom li pajjiżna huwa post fejn jistgħu jerġgħu jiġu.”
L-Onor. Mario deMarco irrefera wkoll għal miżura mħabbra fil-budget li se tkompli żżid l-ammont ta’ dħul mhux taxxabbli għal dawk li jospitaw studenti għandhom sa €3,500. Huwa kkonkluda li dan qed isir sabiex inkomplu nħajru aktar familji jidħlu għal din it-tip ta’ attività u jkunu huma li jkattru wieħed mill-valuri fundamentali ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika, jigifieri l-ospitalità. Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li dawn jifhmu r-responsabbiltà li għandhom sabiex dejjem juru aspetti pożittivi ta’ Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow