Il-PRIM MINISTRU U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAż-ŻGħAżAGħ U SPORT jżuru l-attivitajiet li qed isiru fl-okkażjoni tAL-ġIMGħA EWROPEA TAż-żGħAżAGħ
PR1682
06/11/2008
| Iż-żgħażagħ huma | fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern u għandhom jisfruttaw kull opportunità li jsibu quddiemhom, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew. |
| Dan kien is-suġġett | ewlieni li ġie diskuss waqt żjara li l-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli ghamlu, fl-attivitajiet li qed isiru biex titfakkar il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ f’Misraħ il-Ħelsien u fit-Teatru Rjal. |
| Iż-żgħażagħ jinsabu | fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern u l-budget li tħabbar nhar it-Tnejn li għadda huwa xhieda ta’ dan. Huwa għalhekk li qed tingħata daqshekk importanza lill-investiment fl-edukazzjoni, fosthom fil-librerija u l-bini ta’ fakultà ġdida ta’ l-ICT fl-Università ta’ Malta. Tul is-sena d-dieħla wkoll il-Gvern se jibda jinvesti fil-proġett ambizzjuż ta’ bini tal-kampus ġdid tal-MCAST. |
| Kull ma jmur qed | jiżdied il-bżonn ta’ nies imħarrga f’oqsma speċjalizzati. Il-Gvern irid ikompli jattira investiment ta’ valur miżjud għoli sabiex joħloq aktar postijiet tax-xogħol f’setturi differenti, fosthom fil-qasam ta’ l-ICT, tas-servizzi u tal-farmaċewtika. Il-Gvern se jinvesti wkoll ħafna iktar flus fir-riċerka u innovazzjoni bil-għan li jiġu xprunati għadd ta’ intrapriżi ġodda, u l-bini ta’ Bio-Technology Park f’San Ġwann għandu jwassal ghal dan il-għan. |
| Din hija l-ewwel | darba li l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ qed tittella’ hawn Malta, fl-istess ġimgħa li qed isseħħ fi 30 pajjiż Ewropew ieħor. |
| Matul il-ġimgħa, ‘il | fuq minn 20 għaqda taż-żgħażagħ minn oqsma differenti, fosthom il-kamp soċjali, studentesk, reliġjuż u sportiv, ingħaqdu flimkien sabiex jiddiskutu diversi suġġetti importanti, fosthom l-edukazzjoni, il-mobilità, id-djalogu interkulturali, is-saħħa u d-divertiment. |
| Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll il-Koordinatur | Nazzjonali tal-EUPA, Mauro Pace Parascandolo. Matul din is-sena kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ żgħażagħ li pparteċipaw fil-programmi tal-Youth in Action tal-UE. Fis-sena 2007 kienu 210 iż-żgħażagħ Maltin li pparteċipaw, u sa Ġunju ta’ din is-sena n-numru ta’ żgħażagħ li ħadu sehem f’dawn il-programmi kien diġa’ żdied għal 330. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en