DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TA’ L-ARTI "THE RADISSON ARTS EXPRESSIONʺ - SAN ĠILJAN - 5 TA’ NOVEMBRU 2008
PR1679
06/11/2008
| Huwa l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkom | illejla biex niftaħ din l-esibizzjoni kollettiva ta’ arti. |
| Huwa ta’ inkuraġġiment u ta’ sodisfazzjon kbir | meta nara dan il-grupp ta’ artisti jesponu x-xogħlijiet u l-kreattività tagħhom. L-esibizzjoni ta’ llum tiġbor numru mdaqqas ta’ xogħlijiet ta’ kull tip u forma fosthom pittura, fotografija u ċeramika. U kollha jesprimu l-kapaċità u l-ħiliet differenti. |
| Esibizzjonijiet bħal tal-lum mhux biss juru | l-kapaċitajiet u t-talenti tal-artisti imma jibagħtu messaġġ li dan hu poplu fejn il-kultura artistika hija ħajja u qed tkompli tiżviluppa bil-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ. |
| Kull xogħol li hawn esibit illejla huwa l-qofol | ta’ dedikazzjoni, perseveranza u element ta’ studju. Għalhekk kull min qiegħed jesibixxi x-xogħol huwa tabilħaqq xempju għat-tfal, żagħżagħ u adulti, biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jkomplu jinvestu fihom. |
| Il-Gvern jemmen fil-potenzjal tal-poplu Malti u | Għawdxi. Il-Gvern irid li fl-iskejjel tagħna jkun hemm aktar spazju għall-arti, drama, sports u kreattività f’kull qasam. Li nħallu t-tfal ikunu kreattivi għandha valur. It-tfal għandhom jitħallew jimirħu, jistaqsu, jagħtu interpretazzjonijiet ġodda għal dak li jagħmlu. Ikunu kreattivi. |
| Fil-ftit snin li ilu miftuħ il-Kavallier ta’ San | Ġakbu, sar bejta ta’ attività kulturali u ta’ kreattività mit-tfal sal-kbar. F’dan iċ-Ċentru għall-kreattività jsiru wkoll programmi għat-tfal sa miċ-ċkunija tagħhom biex jesperimentaw u jkunu kreattivi. Dan isir f’ambjent fejn ikun hemm ukoll wirjiet għaddejjin u għalhekk meta t-tfal jiġu f’dan il-post ikunu esposti għal xogħlijiet artistiċi differenti. Kull sena mijiet ta’ tfal ta’ etajiet differenti, minn erba’ snin ‘il fuq jipparteċipaw f’dawn il-programmi. It-twaqqif tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn fl-MCAST joffri opportunità biex studenti, kemm żagħżagħ, kif ukoll adulti, ikomplu jiżviluppaw l-arti tagħhom. |
| Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biex | nirringrazzja lis-settur privat għas-sehem tiegħu biex ikabbar l-apprezzament tal-arti u għall-għajnuna li jagħti lill-artisti biex ikunu jistgħu jtellgħu dawn l-esibizzjonijiet. Il-Corporate Cultural Responsibility, fejn kumpaniji juru l-impenn u l-appoġġ tagħhom lejn l-iżvilupp kulturali tas-soċjetà għandha tissokta u tiżdied. Dan ikun stimulu ieħor għall-artisti li għandna f’pajjiżna. |
| L-investiment, kemm mill-Gvern, kif ukoll | mis-settur privat fl-apprezzament tal-arti, jnissel fina tama f’ġejjieni artistiku u kulturali dejjem isbaħ bil-ħidma tagħna lkoll. |
| Filwaqt li nifirħilkom għax-xogħlijiet tagħkom, | nawguralkom għall-futur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en