GASTRO GOZO 2008
PR1674
05/11/2008
| Bejn is-7 u d-9 | ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Għawdxi għall-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ l-‘Associazione Tipico’ ta’ Abruzzo fl-Italja, se jorganizzaw l-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja f’Għawdex. |
| B’kollaborazzjoni | bejn il-Gżira Reġjun ta’ Għawdex u r-Reġjun Taljan ta’ Abruzzo, qed jiġu organizzati attivitajiet li jippromwovu l-prodotti gastronomiċi, tipiċi taż-żewġ reġjuni. |
| ‘Gastro Gozo’ | hija l-ewwel inizjattiva ta’ dan it-tip fuq il-gżira ta’ Għawdex. Din l-inizjattiva ser tkun qed tgħaqqad flimkien kokijiet, produtturi ta’ prodotti tipiċi, operaturi turistiċi u amministraturi miż-żewġ reġjuni. |
| Xi partijiet minn dan il-programm ta’ tliet | ijiem se jkunu miftuħa għall-pubbliku. Dawn jinkludu ċ-ċerimonja tal-ftuħ, li se ssir fiċ-Ċittadella nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru 2008 u li se tiġi ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Din l-attività se tinkludi kunċert fil-Kattidral ta’ Għawdex mill-kor Għawdxi Chorus Urbanus, segwit minn rappreżentazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ skultura ta’ artist minn Abruzzo, Paolo Spoltore. |
| Is-Sibt 8 ta’ Novembru 2008 fl-10.00 a.m. se | ssir konferenza fiċ-Ċentru taċ-Ċittadella għall-Kultura u l-Arti bit-tema Nevitaw l-obesità permezz ta’ Dieta Mediterranja, li għaliha se jipparteċipaw kelliema lokali u barranin fosthom in-nutrizzjonista Taljan Dr. Corrado Pierantoni u l-antropologu Malti Dr Ray Debono Roberts. |
L-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja se tiġi fi tmiemha s-Sibt filgħaxija waqt ikla speċjali li se tiġi organizzata f’Palazzo Palina, Ta’ Ċenċ. Għaxra mill-aqwa kokijiet mir-reġjuni ta’ Abruzzo u Veneto se jkunu qed jippreparaw esperjenza gastronomika unika għall-mistednin li se jattendu. Għal aktar dettalji u informazzjoni ċempel fuq 21556125 jew ibgħat email fuq info@gozoculture.com
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en