Left arrow Go Back

GASTRO GOZO 2008

PR1674
Date Icon 05/11/2008
Bejn is-7 u d-9ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Għawdxi għall-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ l-‘Associazione Tipico’ ta’ Abruzzo fl-Italja, se jorganizzaw l-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja f’Għawdex.
B’kollaborazzjonibejn il-Gżira Reġjun ta’ Għawdex u r-Reġjun Taljan ta’ Abruzzo, qed jiġu organizzati attivitajiet li jippromwovu l-prodotti gastronomiċi, tipiċi taż-żewġ reġjuni.
‘Gastro Gozo’hija l-ewwel inizjattiva ta’ dan it-tip fuq il-gżira ta’ Għawdex.  Din l-inizjattiva ser tkun qed tgħaqqad flimkien kokijiet, produtturi ta’ prodotti tipiċi, operaturi turistiċi u amministraturi miż-żewġ reġjuni.
Xi partijiet minn dan il-programm ta’ tlietijiem se jkunu miftuħa għall-pubbliku. Dawn jinkludu ċ-ċerimonja tal-ftuħ, li se ssir fiċ-Ċittadella nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru 2008 u li se tiġi ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Din l-attività se tinkludi kunċert fil-Kattidral ta’ Għawdex mill-kor Għawdxi Chorus Urbanus, segwit minn rappreżentazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ skultura ta’ artist minn Abruzzo, Paolo Spoltore.
Is-Sibt 8 ta’ Novembru 2008 fl-10.00 a.m. sessir konferenza fiċ-Ċentru taċ-Ċittadella għall-Kultura u l-Arti bit-tema Nevitaw l-obesità permezz ta’ Dieta Mediterranja, li għaliha se jipparteċipaw kelliema lokali u barranin fosthom in-nutrizzjonista Taljan Dr. Corrado Pierantoni u l-antropologu Malti Dr Ray Debono Roberts.

L-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja se tiġi fi tmiemha s-Sibt filgħaxija waqt ikla speċjali li se tiġi organizzata f’Palazzo Palina, Ta’ Ċenċ. Għaxra mill-aqwa kokijiet mir-reġjuni ta’ Abruzzo u Veneto se jkunu qed jippreparaw esperjenza gastronomika unika għall-mistednin li se jattendu. Għal aktar dettalji u informazzjoni ċempel fuq 21556125 jew ibgħat email fuq  info@gozoculture.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow