Budget 2009: Għawdex - destinazzjoni turistika distinta
PR1673
05/11/2008
| “Il-budget imħabbar mill-Gvern għas-sena d-dieħla | jirrikonoxxi l-importanza strateġika li għandu s-settur turistiku fl-ekonomija tal-pajjiż u għaldaqstant kompla jinvesti bi sħiħ sabiex il-ħidma tagħna f’dan is-settur tiżdied u tissaħħaħ.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco waqt laqgħa mal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, bħala waħda mis-sensiela ta’ laqgħat li qed isiru mal-operaturi fis-settur turistiku, wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla. |
| Huwa | għamel referenza għall-problemi internazzjonali li qed jaffettwaw dan is-settur tant kruċjali għall-gżejjer Maltin u insista li huwa ferm importanti li t-turisti li jżuruna jaraw valur miżjud għall-flus li jonfqu biex jiġu fostna. |
| “Il-politika tagħna hija dik li Għawdex ikun | destinazzjoni turistika distinta u kien għalhekk li waqqafna l-Gozo Focus Group sabiex b’mod regolari, il-ħtiġijiet partikolari tat-turiżmu fil-gżira Għawdxija jkollhom forum fejn mhux biss jiddiskutu l-problemi imma wkoll jipproponu soluzzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ġid għal dan is-settur Għawdxi.” |
| Dr de | Marco rrefera wkoll għal diversi aspetti importanti għas-settur Għawdxi, fosthom it-turiżmu domestiku li huwa tant kruċjali; il-qasam tad-diving u kif ukoll għall-oqsma ġodda bħal dak tal-agroturiżmu. |
| Huwa | kkonkluda li l-investiment dirett fil-prodott turistiku f’Għawdex bħal m’hi r-riforma tat-trasport pubbliku; il-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq tax-Xlendi, it-triq li twassal għas-Santwarju Ta’ Pinu, it-triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat, u r-rijabilitazzjoni tal-ġonna ta’ Villa Rundle se jkomplu jtejbu dak li Għawdex joffri lill-Għawdxin, Maltin u barranin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en