Left arrow Go Back

Budget 2009: Għawdex -  destinazzjoni turistika distinta

PR1673
Date Icon 05/11/2008
“Il-budget imħabbar mill-Gvern għas-sena d-dieħlajirrikonoxxi l-importanza strateġika li għandu s-settur turistiku fl-ekonomija tal-pajjiż u għaldaqstant kompla jinvesti bi sħiħ sabiex il-ħidma tagħna f’dan is-settur tiżdied u tissaħħaħ.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco waqt laqgħa mal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, bħala waħda mis-sensiela ta’ laqgħat li qed isiru mal-operaturi fis-settur turistiku, wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Huwagħamel referenza għall-problemi internazzjonali li qed jaffettwaw dan is-settur tant kruċjali għall-gżejjer Maltin u insista li huwa ferm importanti li t-turisti li jżuruna jaraw valur miżjud għall-flus li jonfqu biex jiġu fostna.
“Il-politika tagħna hija dik li Għawdex ikundestinazzjoni turistika distinta u kien għalhekk li waqqafna l-Gozo Focus Group sabiex b’mod regolari, il-ħtiġijiet partikolari tat-turiżmu fil-gżira Għawdxija jkollhom forum fejn mhux biss jiddiskutu l-problemi imma wkoll jipproponu soluzzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ġid għal dan is-settur Għawdxi.”
Dr deMarco rrefera wkoll għal diversi aspetti importanti għas-settur Għawdxi, fosthom it-turiżmu domestiku li huwa tant kruċjali; il-qasam tad-diving u kif ukoll għall-oqsma ġodda bħal dak tal-agroturiżmu.
Huwakkonkluda li l-investiment dirett fil-prodott turistiku f’Għawdex bħal m’hi r-riforma tat-trasport pubbliku; il-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq tax-Xlendi, it-triq li twassal għas-Santwarju Ta’ Pinu, it-triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat, u r-rijabilitazzjoni tal-ġonna ta’ Villa Rundle se jkomplu jtejbu dak li Għawdex joffri lill-Għawdxin, Maltin u barranin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow