BUDGET 2009: JIBDEW TAĦDIDIET MAL-OPERATURI FIL-QASAM TAT-TURIŻMU
PR1669
04/11/2008
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Dr Mario de Marco qal li l-Gvern, permezz ta’ dan il-Budget, bagħat messaġġ ċar ta’ kemm jemmen fil-potenzjal tal-industrija tat-turiżmu. Huwa qal dan f’laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Maltin (MHRA) li saret illum wara nofsinhar fl-uffiċċju tiegħu bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li se jsiru mal-operaturi fis-settur tat-turiżmu wara d-diskors tal-Budget 2009. |
| Dr de Marco semma li l-fondi tal-MTA żdiedu | b’3.5 miljun ewro u se jitkompla l-investiment kapitali permezz ta’ 120 miljun ewro fi proġetti li se jkomplu jtejbu l-prodott turistiku. Huwa tkellem ukoll dwar dak li ħabbar aktar kmieni, li l-MTA għadha kif laħqet ftehim mal-linja tal-ajru SAS li mill-aħħar ta’ Marzu li ġej se tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Stokkolma; u kif ukoll dwar is-sejħa internazzjonali li ħarġet il-ġimgħa l-oħra għal tliet destinazzjonijiet oħra: Leeds (Bradsford), Newcastle u Bristol fir-Renju Unit. |
| Huwa kkonkluda billi saħaq li jkun inutli li | l-Gvern u l-MTA jinvestu flejjes kbar minn fondi pubbliċi sabiex jirreklamaw il-pajjiż u sabiex jiġbdu aktar linji tal-ajru sabiex jiftħu destinazzjonijiet ġodda jekk ma jkunx hemm impenn komuni li l-pajjiż jibqa’ kompetittiv. Dan ifisser li, aktar minn qatt qabel, irridu nkunu konxji li sabiex jiġi fostna, turist irid jara li jkun hemm valur tajjeb għall-flus li jkun qed jonfoq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en