Il-linja tal-ajru SAS se tibda taĦdem gĦal Stokkolma minn Marzu li Ġej
PR1666
04/11/2008
| “Bi pjaċir inħabbar li għadna kemm lħaqna ftehim | mal-linja tal-ajru SAS li mill-aħħar ta’ Marzu li ġej se tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Stokkolma – destinazzjoni importanti f’suq li għandu potenzjal. Filwaqt li l-ġimgħa l-oħra ħriġna sejħa internazzjonali għal tliet destinazzjonijiet oħra: Leeds (Bradsford), Newcastle u Bristol fir-Renju Unit.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco ħabbar dan waqt żjara li għamel fil-lukanda Hilton Malta fejn żar l-estensjoni li saret minn dan l-operatur din is-sena. |
| Dr de Marco | qal li din l-estensjoni – li żiedet 220 sodda oħra – saret b’investiment ta’ 27 miljun ewro. Sal-aħħar tas-sena, is-settur privat se jkun kompla investa u żied aktar minn 600 sodda oħra u hemm ippjanati madwar 600 sodda oħra għall-2009. |
| Huwa | rrefera wkoll għall-investiment li sar mill-Gvern fl-aħħar snin, għax jemmen li t-turiżmu huwa mutur ekonomiku ewlieni għall-pajjiż u huwa pern fuq kif pajjiżna jista’ jwieġeb għall-problemi internazzjoniali. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li f’pajjiżna għandu d-doppju tal-medja Ewropea ta’ ħaddiema li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mit-turiżmu (8% Malta); u l-infiq mit-turisti huwa stmat li qorob it-855 miljun ewro. Dan jikkompara tajjeb mal-2007, fejn ir-riżultati miksuba kienu diġà rekord. |
| Dr de Marco saħaq fuq il-fatt li | ma nistgħux nikkuntentaw ruħna bis-suċċessi li kellna, għaliex dan kollu jrid jinkwadra ruħu fil-kuntest tal-problemi internazzjonali li qegħdin u li se nkunu qed niffaċċjaw. Huwa semma l-problema ta’ aċċessibbiltà lejn pajjiżna għaliex il-prezz tal-fuel – għalkemm niżel, xorta ħalla effett kbir fuq l-industrija tal-avjazzjoni; fejn skont l-IATA, sa tmiem din is-sena din l-industrija madwar id-dinja se tkun tilfet ftit aktar minn 5 biljun dollaru, u se jkunu fallew 35 linja tal-ajru. Huwa semma wkoll il-problema ta’ riċessjoni u tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fi swieq importanti ħafna għalina bħall-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja – u li qed jeffetwa kemm persuni minn dawn il-pajjiżi se jkomplu jivvjaġġaw bl-istess frekwenza. |
| Huwa | tkellem dwar kif se nindirizzaw dawn il-problemi u sostna li t-titjib fil-prodott turistiku tagħna huwa kruċjali. Kif ħabbar il-Ministru tal-Finanzi l-bieraħ, il-Gvern qed jinvesti 120 miljun ewro b’mod dirett fil-prodott turistiku tagħna. |
| “Żidna l-fondi tal-MTA għal 28.5 | miljun ewro, żieda ta’ 3.5 miljun fuq is-sena li għaddiet, u dawn se jintużaw għal aktar investiment u firxa fir-reklamar ta’ pajjiżna sabiex inkomplu nżidu l-load factor tal-vjaġġi eżistenti lejn pajjiżna, u kif ukoll biex ninvestu f’rotot ġodda.” |
| Huwa kkonkluda li l-Gvern huwa | impenjat li jkompli jaħdem sabiex bil-fatti juri kemm it-turiżmu huwa wieħed mis-setturi kruċjali biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ tikber u appella sabiex l-operaturi kollha fis-settur ikunu konxji mill-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ kompetittiv sabiex min iżurna jingħata valur għall-flus li jkun nefaq. Huwa ħabbar li f’dawn il-jiem se jkun qed jiltaqa’ mal-istakeholders sabiex jiddiskuti magħhom il-mod kif il-Gvern u l-MTA se jkunu qed jaħdmu f’dawn ir-rigward. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en