Left arrow Go Back

Il-linja tal-ajru SAS se tibda taĦdem gĦal Stokkolma minn Marzu li Ġej

PR1666
Date Icon 04/11/2008
“Bi pjaċir inħabbar li għadna kemm lħaqna ftehimmal-linja tal-ajru SAS li mill-aħħar ta’ Marzu li ġej se tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Stokkolma – destinazzjoni importanti f’suq li għandu potenzjal. Filwaqt li l-ġimgħa l-oħra ħriġna sejħa internazzjonali għal tliet destinazzjonijiet oħra: Leeds (Bradsford), Newcastle u Bristol fir-Renju Unit.”
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco ħabbar dan waqt żjara li għamel fil-lukanda Hilton Malta fejn żar l-estensjoni li saret minn dan l-operatur din is-sena.
Dr de Marcoqal li din l-estensjoni – li żiedet 220 sodda oħra – saret b’investiment ta’ 27 miljun ewro. Sal-aħħar tas-sena, is-settur privat se jkun kompla investa u żied aktar minn 600 sodda oħra u hemm ippjanati madwar 600 sodda oħra għall-2009.
Huwarrefera wkoll għall-investiment li sar mill-Gvern fl-aħħar snin, għax jemmen li t-turiżmu huwa mutur ekonomiku ewlieni għall-pajjiż u huwa pern fuq kif pajjiżna jista’ jwieġeb għall-problemi internazzjoniali. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li f’pajjiżna għandu d-doppju tal-medja Ewropea ta’ ħaddiema li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mit-turiżmu (8% Malta); u l-infiq mit-turisti huwa stmat li qorob it-855 miljun ewro. Dan jikkompara tajjeb mal-2007, fejn ir-riżultati miksuba kienu diġà rekord.
Dr de Marco saħaq fuq il-fatt lima nistgħux nikkuntentaw ruħna bis-suċċessi li kellna, għaliex dan kollu jrid jinkwadra ruħu fil-kuntest tal-problemi internazzjonali li qegħdin u li se nkunu qed niffaċċjaw. Huwa semma l-problema ta’ aċċessibbiltà lejn pajjiżna għaliex il-prezz tal-fuel – għalkemm niżel, xorta ħalla effett kbir fuq l-industrija tal-avjazzjoni; fejn skont l-IATA, sa tmiem din is-sena din l-industrija madwar id-dinja se tkun tilfet ftit aktar minn 5 biljun dollaru, u se jkunu fallew 35 linja tal-ajru. Huwa semma wkoll il-problema ta’ riċessjoni u tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fi swieq importanti ħafna għalina bħall-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja – u li qed jeffetwa kemm persuni minn dawn il-pajjiżi se jkomplu jivvjaġġaw bl-istess frekwenza.
Huwatkellem dwar kif se nindirizzaw dawn il-problemi u sostna li t-titjib fil-prodott turistiku tagħna huwa kruċjali. Kif ħabbar il-Ministru tal-Finanzi l-bieraħ, il-Gvern qed jinvesti 120 miljun ewro b’mod dirett fil-prodott turistiku tagħna.
“Żidna l-fondi tal-MTA għal 28.5miljun ewro, żieda ta’ 3.5 miljun fuq is-sena li għaddiet, u dawn se jintużaw għal aktar investiment u firxa fir-reklamar ta’ pajjiżna sabiex inkomplu nżidu l-load factor tal-vjaġġi eżistenti lejn pajjiżna, u kif ukoll biex ninvestu f’rotot ġodda.”
Huwa kkonkluda li l-Gvern huwaimpenjat li jkompli jaħdem sabiex bil-fatti juri kemm it-turiżmu huwa wieħed mis-setturi kruċjali biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ tikber u appella sabiex l-operaturi kollha fis-settur ikunu konxji mill-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ kompetittiv sabiex min iżurna jingħata valur għall-flus li jkun nefaq. Huwa ħabbar li f’dawn il-jiem se jkun qed jiltaqa’ mal-istakeholders sabiex jiddiskuti magħhom il-mod kif il-Gvern u l-MTA se jkunu qed jaħdmu f’dawn ir-rigward.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow