MALTA FIS-SEGRETARJAT TAL-UNJONI GĦALL-MEDITERRAN: UFFIĊĊJU F’MALTA GĦAL DJALOGU BEJN L-EWROPA U L-PAJJIŻI GĦARAB
PR1665
04/11/2008
| Fi tmiem laqgħa bejn il-Ministri tal-43 pajjiż | li jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Barċellona, f’Marsilja, ġiet approvata d-dikjarazzjoni finali b’mod unanimu. |
| F’din il-laqgħa ntlaħaq ftehim li s-sede | tal-Unjoni għall-Mediterran tkun fil-belt ta’ Barċellona, b’kontinwazzjoni mal-proċess li beda hemm stess. Kien hemm qbil li Malta tkun fl-ewwel grupp ta’ Deputati Segretarji Ġenerali flimkien mal-Italja, l-Greċja, l-Iżrael u l-Palestina, li se jkunu qed jaħdmu f’Barċellona nnifisha. |
| Matul il-laqgħa, Malta ġiet magħżula ukoll | sabiex tospita l-uffiċċju ta’ ko-ordinazzjoni (liaison office) għal djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija. |
| Din il-proposta saret b’mod konġunt bejn | il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea, Benita Ferrero Waldner u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija Amre Mousa f`ittra ffirmata minnhom stess u indirizzata lil Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin li rrappreżenta lil Malta fil-Konferenza Ministerjali. |
| Dan l-uffiċċju, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, | se jkun fih espert mill-Kummissjoni Ewropea u ieħor mil-Lega Għarbija flimkien ma’ esperti Maltin, bl-iskop li jippromwovi d-djalogu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija li beda f’Malta fi Frar 2008. |
| L-Unjoni għall-Mediterran beħsiebha tikkonċentra | fuq proġetti li se jkunu mwettqa fir-reġjun tal-Mediterran. Fosthom hemm proġetti dwar regolamentazzjoni ta’ traffiku ta’ vapuri fil-baħar, tat-tniġġis tal-baħar, tal-protezzjoni ċivili, ta’ pjan solari għall-Mediterran, ta’ edukazzjoni għolja u ta’ inizjattivi favur impriżi żgħar u medji. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin, Dr Tonio Borg, sostna li dan huwa pass importanti ħafna sabiex Malta tkompli tagħmel suċċess fl-Unjoni Ewropea. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, l-vuċi ta’ Malta fi ħdan l-Unjoni għall-Mediterran magħmula minn 43 pajjiż, għandha validità siewja. It-twaqqif ta’ dan l-uffiċċju f’Malta, għandu jservi sabiex tissaħħaħ ir-relazzjoni u l-ħidma bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija. Hu temm jgħid li kien ġust li dan jitwaqqaf f`Malta għax kien f`pajjiżna illi dal-proċess ta’ djalogu ngħata bidu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en