IMFAKKAR IS-60 ANNIVERSARJU TA’ WAĦDA MILL-AGĦAR TRAĠEDJI TAL-BAĦAR LI SEĦĦEW QRIB GĦAWDEX
PR1661
03/11/2008
| Ġie mfakkar is-sittin anniversarju ta’ waħda | mill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex u li wasslet biex 23 persuna tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jaqsmu bejn Malta u Għawdex fit-30 ta’ Ottubru 1948. |
| Din it-traġedja ġiet imfakkra b’ċerimonja | kommemorattiva li saret ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex. |
| Din id-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja ta’ | Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta, fosthom Paul Zammit, li kien wieħed minn dawk li attendew għaċ-ċerimonja kommemorattiva. |
Iċ-ċerimonja, li kienet ippreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, bdiet bi tqegħid tal-kuruni mal-monument u ġiet segwita b’quddiesa li ġiet iċċelebrata minn Mons. Pawl Cardona, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorg, abbord wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel.
| Għal din iċ-ċerimonja attendew fost l-oħrajn, | l-ex Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti s-Sur Anton Tabone, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni l-Onor. Chris Said, iċ-Chairman tat-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ wħud mill-familjari tal-vittmi, li lkoll tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta’ rispett. |
| It-tifkira ta’ din | il-ġrajja, tiġi organizzata kull sena mit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en