Left arrow Go Back

IMFAKKAR IS-60 ANNIVERSARJU TA’ WAĦDA MILL-AGĦAR TRAĠEDJI TAL-BAĦAR LI SEĦĦEW QRIB GĦAWDEX

PR1661
Date Icon 03/11/2008
Ġie mfakkar is-sittin anniversarju ta’ waħdamill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex u li wasslet biex 23 persuna tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jaqsmu bejn Malta u Għawdex fit-30 ta’ Ottubru 1948.
Din it-traġedja ġiet imfakkra b’ċerimonjakommemorattiva li saret ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex.
Din id-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja ta’Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta, fosthom Paul Zammit, li kien wieħed minn dawk li attendew għaċ-ċerimonja kommemorattiva.

Iċ-ċerimonja, li kienet ippreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, bdiet bi tqegħid tal-kuruni mal-monument u ġiet segwita b’quddiesa li ġiet iċċelebrata minn Mons. Pawl Cardona, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorg, abbord wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel.

Għal din iċ-ċerimonja attendew fost l-oħrajn,l-ex Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti s-Sur Anton Tabone, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni l-Onor. Chris Said, iċ-Chairman tat-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ wħud mill-familjari tal-vittmi, li lkoll tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta’ rispett.
It-tifkira ta’ dinil-ġrajja, tiġi organizzata kull sena mit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow