ĊELEBRAZZJONI FIL-LOKALITA` TA’ SANTA LUĊIJA F’KERĊEM, GĦAWDEX SABIEX TFAKKAR IR-REBĦ TAL-PREMJU “EDEN” MOGĦTI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA
PR1660
03/11/2008
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal-Għawdex u | l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ħadu sehem f’ċelebrazzjoni li saret fil-lokalita` ta’ Santa Luċija f’Kerċem, Għawdex sabiex tfakker ir-rebħ tal-premju EDEN (European Destinations of Excellence Award) mogħti mill-Kummissjoni Ewropea. Santa Luċija rebħu dan l-unur bis-saħħa tal-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar snin mil-Fondazzjoni ta’ Klula. Fl-istess okkażjoni ġie mniedi wkoll il-ktieb gwida miktub mill-Prof. Joseph Bezzina bl-isem Santa Luċija, Gozo – The First Village in the Maltese Islands. |
| Waqt li kienet qed tindirizza lil dawk preżenti, | l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret il-ħidma tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula, li rnexxiela tirbaħ dan l-unur prestiġjuż għal dan il-Hamlet ġewwa Għawdex. |
| Il-Ministru Debono qalet li l-mod volontarju li | bih jaħdmu l-membri ta’ bosta għaqdiet Għawdxin fl-organizzazzjoni ta’ bosta attivitajiet kulturali u folkloristiċi jagħti valur miżjud lill-prodott turistiku Għawdxi, filwaqt li huwa wkoll strumentali biex tradizzjonijiet u drawwiet antiki Għawdxin jinżammu ħajjin. Dan huwa wkoll fattur li jorbot mal-viżjoni eko-Għawdex, li tipproġetta realta’ sostenibbli li fost oħrajn tirriżulta fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar u preservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali għal benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet tal-preżent kif ukoll dawk tal-futur. |
| Il-mod ta’ kif in-nies tal-lokal jikkollaboraw | mall-membri tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula huwa wkoll aspett pożittiv li jirrifletti s-sinerġija li biha jaħdmu bosta Kunsilli Lokali u entitajiet oħra Għawdxin flimkien mall-Ministru għal Għawdex li wasslet biex Għawdex jiġi rikonoxxut bħala destonazzjoni distinta. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li l-inizjattiva u l-ħidma volontarja fil-qasam kulturali u soċjali jagħmel ġieħ lil dawn il-volontarji iżda b’mod parikolari jagħmel ġieħ lil gżira ta’ Għawdex. Il-ħidma tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula ġiet rikonoxxuta wkoll bit-twaqqif ta’ Ġieħ Santa Luċija li jiġi mogħti f’Jum Santa Luċija li jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li miegħu l-lokalita’ ta’ Santa Luċija hija magħquda. |
| Waqt attivita` li saret biex jiġi ċelebrat | ir-rebħ tal-European Destinations of Excellence Award mil-lokalita` ta’ Santa Luċija f’Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li hu ta’ sodisfazzjon għalih li lokalita` Għawdxija rebħet dan l-unur prestiġġjuż. Dan mhux biss għax unur bħal dan isaħħaħ il-ħsieb, id-direzzjoni u l-politika tal-Gvern f’diversi setturi imma wkoll għax dan il-premju ntrebaħ minn hamlet. Chris Said qal li dan ikompli jinkoraġġixxi lill-Gvern biex fir-riforma li se ssir fil-Kunsilli Lokali jiġu msaħħa il-hamlets u jiġi definit aħjar ir-rwol tagħhom. |
| Chris Said qal li l-Gvern qed jaħdem fuq | strateġija nazzjonali dwar l-izvilupp sostenibbli izda din l-istrateġija waħedha ma tistax tkun suċċess mingħajr inizzjattivi lokali bhal dik ta’ Santa Lucija li jikkumplimentaw l-istrateġija nazzjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jemmen | li kull lokalita` f’Malta u Għawdex għandha potenzjal li tkun destinazzjoni turistika. Dan il-potenzjal irid jiġi sfruttat b’mod sostenibbli u b’inizzjattivi bħal dawk meħudha mil-lokalita` ta’ Santa Luċija. |
| Chris Said iddeskriva l-inizjattivi ta’ Santa | Luċija bħala reklam għall-pajjiżna barra minn Malta u reklam għal-lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex filwaqt li hija wkoll inizzjattiva li tippromwovi d-diversita` u l-karatteristiċi uniċi u l-identita` ta’ Santa Luċija fl-ambitu nazzjonali u Ewropew. |
| Chris Said għalaq billi ikkwota l-Viċi President | tal-Kummissjoni Ewropea Gunther Verheugen li qal li l-Ewropa trid tuża l-potenzjal tagħha u turi li r-reġjuni turistiċi tagħha huma eċċellenti. Is-Segretarju Parlamentari qal li r-residenti ta’ Santa Luċija għamlu aktar min hekk għax mhux biss qed jgħinu biex pajjiżna jkun reġjun turistiku li jeċċella imma kkonfermaw li anke l-lokalitajiet żgħar tagħna huma destinazzjonijiet turistiċi mill-aqwa |
Fl-istess okkażjoni ġie mniedi l-ktieb tal-Prof. Joseph Bezzina bl-isem Santa Luċija, Gozo – The First Village in the Maltese Islands Dan il-ktieb ser iservi ta’ gwida għal din il-lokalita`.
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en