Left arrow Go Back

ĊELEBRAZZJONI FIL-LOKALITA` TA’ SANTA LUĊIJA F’KERĊEM, GĦAWDEX SABIEX TFAKKAR IR-REBĦ TAL-PREMJU “EDEN” MOGĦTI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA

PR1660
Date Icon 03/11/2008
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal-Għawdex ul-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ħadu sehem f’ċelebrazzjoni li saret fil-lokalita` ta’ Santa Luċija f’Kerċem, Għawdex sabiex tfakker ir-rebħ tal-premju EDEN (European Destinations of Excellence Award) mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.  Santa Luċija rebħu dan l-unur bis-saħħa tal-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar snin mil-Fondazzjoni ta’ Klula.  Fl-istess okkażjoni ġie mniedi wkoll il-ktieb gwida miktub mill-Prof. Joseph Bezzina bl-isem Santa Luċija, Gozo – The First Village in the Maltese Islands.
Waqt li kienet qed tindirizza lil dawk preżenti,l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret il-ħidma tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula, li rnexxiela tirbaħ dan l-unur prestiġjuż għal dan il-Hamlet ġewwa Għawdex.
Il-Ministru Debono qalet li l-mod volontarju libih jaħdmu l-membri ta’ bosta għaqdiet Għawdxin fl-organizzazzjoni ta’ bosta attivitajiet kulturali u folkloristiċi jagħti valur miżjud lill-prodott turistiku Għawdxi, filwaqt li huwa wkoll strumentali biex tradizzjonijiet u drawwiet antiki Għawdxin jinżammu ħajjin. Dan huwa wkoll fattur li jorbot mal-viżjoni eko-Għawdex, li tipproġetta realta’ sostenibbli li fost oħrajn tirriżulta fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar u preservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali għal benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet tal-preżent kif ukoll dawk tal-futur.
Il-mod ta’ kif in-nies tal-lokal jikkollaborawmall-membri tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula huwa wkoll aspett pożittiv li jirrifletti s-sinerġija li biha jaħdmu bosta Kunsilli Lokali u entitajiet oħra Għawdxin flimkien mall-Ministru għal Għawdex li wasslet biex Għawdex jiġi rikonoxxut bħala destonazzjoni distinta. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li l-inizjattiva u l-ħidma volontarja fil-qasam kulturali u soċjali jagħmel ġieħ lil dawn il-volontarji iżda b’mod parikolari jagħmel ġieħ lil gżira ta’ Għawdex. Il-ħidma tal-Fondazzjoni Folkloristika ta’ Klula ġiet rikonoxxuta wkoll bit-twaqqif ta’ Ġieħ Santa Luċija li jiġi mogħti f’Jum Santa Luċija li jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li miegħu l-lokalita’ ta’ Santa Luċija hija magħquda.
Waqt attivita` li saret biex jiġi ċelebratir-rebħ tal-European Destinations of Excellence Award mil-lokalita` ta’ Santa Luċija f’Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li hu ta’ sodisfazzjon għalih li lokalita` Għawdxija rebħet dan l-unur prestiġġjuż. Dan mhux biss għax unur bħal dan isaħħaħ il-ħsieb, id-direzzjoni u l-politika tal-Gvern f’diversi setturi imma wkoll għax dan il-premju ntrebaħ minn hamlet. Chris Said qal li dan ikompli jinkoraġġixxi lill-Gvern biex fir-riforma li se ssir fil-Kunsilli Lokali jiġu msaħħa il-hamlets u jiġi definit aħjar ir-rwol tagħhom.
Chris Said qal li l-Gvern qed jaħdem fuqstrateġija nazzjonali dwar l-izvilupp sostenibbli izda din l-istrateġija waħedha ma tistax tkun suċċess mingħajr inizzjattivi lokali bhal dik ta’ Santa Lucija li jikkumplimentaw l-istrateġija nazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jemmenli kull lokalita` f’Malta u Għawdex għandha potenzjal li tkun destinazzjoni turistika. Dan il-potenzjal irid jiġi sfruttat b’mod sostenibbli u b’inizzjattivi bħal dawk meħudha mil-lokalita` ta’ Santa Luċija.
Chris Said iddeskriva l-inizjattivi ta’ SantaLuċija bħala reklam għall-pajjiżna barra minn Malta u reklam għal-lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex filwaqt li hija wkoll inizzjattiva li tippromwovi d-diversita` u l-karatteristiċi uniċi u l-identita` ta’ Santa Luċija fl-ambitu nazzjonali u Ewropew.
Chris Said għalaq billi ikkwota l-Viċi Presidenttal-Kummissjoni Ewropea Gunther Verheugen li qal li l-Ewropa trid tuża l-potenzjal tagħha u turi li r-reġjuni turistiċi tagħha huma eċċellenti. Is-Segretarju Parlamentari qal li r-residenti ta’ Santa Luċija għamlu aktar min hekk għax mhux biss qed jgħinu biex pajjiżna jkun reġjun turistiku li jeċċella imma kkonfermaw li anke l-lokalitajiet żgħar tagħna huma destinazzjonijiet turistiċi mill-aqwa

Fl-istess okkażjoni ġie mniedi l-ktieb tal-Prof. Joseph Bezzina bl-isem Santa Luċija, Gozo – The First Village in the Maltese Islands  Dan il-ktieb ser iservi ta’ gwida għal din il-lokalita`.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow