Ġurnata ta’ ċelebrazzjoni għat-tfal
| Hija verità magħrufa illi t-tfal | huma l-futur ta’ pajjiżhom. Għaldaqstant, it-tfal ta’ Malta ser jirċievu trattament speċjali bi programm ta’ attivitajiet imfassal mill-Gvern għall-Jum Dinji tat-Tfal, li ser jiġi ċċelebrat fit-23 ta’ Novembru. |
| Il-Jum Dinji tat-Tfal beda’ jiġi ċċelebrat fl-20 | ta’ Novembru 1959, meta l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda addottat id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Dan il-jum jiġi ċċelebrat f’dati differenti madwar id-dinja – fl-Arġentina, per eżempju, jiġi ċċelebrat f’Awwissu. Fl-Indja, il-Jum Dinji tat-Tfal jiġi ċċelebrat f’Novembru, waqt li fil-Brażil jiġi ċċelebrat f’Ottubru. Fl-Iżrael, dan il-jum jiġi ċċelebrat f’April. |
F’Malta, iċ-ċelebrazzjonijiet ser isiru fit-23 ta’ Novembru b’għadd ta’ attivitajiet fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, grazzi għall-isforz kollettiv tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-entitajiet marbuta magħhom.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina temmen illi huwa dmir tagħna lkoll li nassiguraw ambjent edukattiv għat-tfal u li nipprovdulhom attivitajiet li jippromwovu s-saħħa. “L-eżerċizzju tal-moħħ huwa importanti daqs dak fiżiku. L-attivitajiet tal-Jum Dinji tat-Tfal għandhom iservu ta’ stimolu li jippermetti lit-tfal li jiddevertu mingħajr periklu, u li jħeġġiġhom biex jibqgħu attivi mhux biss matul il-jum iddedikat lilhom, imma tul ħajjithom kollha. L-eżerċizzju u l-attività jżommuhom f’saħħithom.
“Nixtiequ li t-tfal ikunu jafu li huma dejjem fil-ħsieb tagħna, u għaldaqstant qegħdin naħdmu biex nibnu u nsaħħu infrastruttura li tassigura d-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u għad-divertiment, kif ukoll għal ambjent li fih nibżgħu għalihom,” qal il-Ministru għall-Politika Soċjali John Dalli. “L-għan tagħna huwa li nagħtuhom biss l-aħjar, imma matul dan il-jum partikolari nixtiequ illi t-tfal jiddevertu, filwaqt li nħeġġu lill-kbar jieqfu u jaħsbu kif l-aħjar jirrispettaw il-bżonnijiet tat-tfal.”
| It-tema tal-ġurnata | hija ‘Id-dritt tagħna li nitgħallmu u niddevertu.’ L-attivitajiet ser ikunu ta’ ġeneri varjati li jlaqqgħu flimkien l-edukazzjoni u r-rikreazzjoni, u ser jinkludu arti u ‘crafts’, sport, mużika, drama u żfin, annimali u ambjent, teknoloġija u moda, saħħa u sigurtà, kif ukoll ikel u xorb. Mal-entitajiet governattivi ser jieħdu sehem ukoll għadd ta’ organizzazzjonijiet li ser jappoġġjaw iċ-ċelebrazzjonijiet billi jżommu numru ta’ attivitajiet interattivi. Dawn l-attivitajiet ta’ edukazzjoni u divertiment, li jirrekjedu l-parteċipazzjoni diretta tat-tfal, ser ikunu mfassla biex jgħaqqdu flimkien l-edukazzjoni u d-divertiment, bil-ħsieb li jassiguraw ġurnata ta’ logħob u tagħlim. |
| Fost l-għaqdiet parteċipanti hemm l-Uffiċċju | tal-Kummissarju għat-Tfal, l-entità li tagħti leħen lit-tfal, tħeġġiġhom biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà, tippromwovi d-drittijiet tagħhom u ssegwi u tevalwa l-kwalità tas-servizzi li jingħatawlhom. |
| Ħafna mill-attivitajiet ser jinżammu f’żoni | differenti tal-Park Nazzjonali. Dawn iż-żoni jinkludu l-Welcome Zone u l-Help Zone, iż-żoni għall-iSport, għat-Teatru u għall-Attivitajiet u ż-żona għall-Ikel u x-Xorb. |
| L-attivitajiet jibdew f’nofsinhar u jintemmu | fl-4.30 ta’ wara nofsinhar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en